Imsemmi Donyell Malen ma’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Fl-attakk Juventus qed isegwu mhux biss plejers affermati (bħal Icardi, Milik u Haaland), imma anki talenti żgħażagħ. Nafu li Juventus ilhom għaddejjin b’kuntatti għal Kaio Jorge. Issa qed jissemma anki Donyell Malen ta’ PSV. Hu għandu lil Raiola bħala aġent u jista’ jkun li hu proprju Raiola li qed jagħmel pressjoni ma’ Juventus biex jixtruh. Matthew Scerri

Haaland għadu fil-mira ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

L-istima ta’ Juventus fil-konfront ta’ Erling Haaland għadha għolja ħafna. Nafu li fil-kuntratt ta’ Haaland hemm klawżola li permezz tagħha jista’ jinħall mill-kuntratt tiegħu bil-ħlas ta’ penali għal 75 miljun Ewro. Skont Tuttosport Juventus se jagħmlu tentattiv fl-2021 biex jixtruh. Matthew Scerri

Juventus iridu lil Haaland fl-2022

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus jidhru li għadhom jemmnu ħafna f’Erling Braut Haaland. Skont Calciomercato fil-pjanijiet ta’ Juventus hemm li jippruvaw jixtruh fl-2022. Fil-fatt fil-kuntratt tiegħu ma’ Borussia hemm stabbilita s-somma li trid titħallas fl-2022: 75 miljun Ewro. Matthew Scerri

Diversi attakkanti msemmija ma’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Jidher li fis-sajf Juventus għandhom fil-pjanijiet tagħhom l-akkwist ta’ attakkant minflok Gonzalo Higuain. Bħalissa qed isiru diversi ismijiet. Ibda biex hemm dejjem Icardi li ilhom minn tal-inqas fil-mira ta’ Juventus għal dawn l-aħħar sentejn. Apparti Icardi, issemmew anki Kane (Tottenham), Gabriel Jesus (Manchester City), Werner (Leipzig) u Haaland (Borussia Dortmund).  Matthew Scerri

Haaland qed jitlob paga għolja

MatthewJuve News Leave a Comment

Saru magħruf aktar dettalji dwar in-negozjati bejn Juventus u Salzburg għal Haaland. Il-prezz tal-plejer hu ta’ 30 miljun, kif kien irrapurtat fil-jiem li għaddew. Issa sirna nafu li l-plejer innifsu qed jitlob paga ta’ 8 miljuni fis-sena. Juventus qed ikomplu għaddejjin bin-negozjati u qed ikomplu jiġu indikati bħala l-favuriti nett li jiksbu s-servizzi tiegħu. Matthew Scerri

Juventus ikellmu lil Raiola għal Haaland

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont The Guardian Juventus se jkollhom laqgħa ma’ Mino Raiola dalwaqt sabiex ikellmuh dwar Haaland. It-timijiet il-kbar tal-Ewropa qegħdin kollha juru interess f’Haaland u allura Raiola qed jisma’ l-offerti li qed jaslulu. Fost it-timijiet interessati fih hemm anki Juventus. Fil-verità sena ilu Juventus kienu kważi xtrawh għal ftit miljuni, imma mbagħad it-trasferiment sfaxxa fix-xejn. Issa jidher li Paratici se jagħmel …