L-aħbarijiet mis-suq tat-trasferimenti (16 ta’ Ġunju 2020)

MatthewJuve News Leave a Comment

Ramsey. Diveri klabbs Ingliżi jriduh Jidher li Aaron Ramsey ħalla rikordju tassew qawwi fl-Ingilterra. Tant hu hekk li fl-aħħar jiem kellna rapporti li l-klabbs prinċipali tal-Premier League jinsabu interessati li jiksbu s-servizzi tiegħu. S’issa hu ssemma ma’ Tottenham, Chelsea, kif ukoll iż-żewġ timijiet ta’ Manchester. Pedro sejjer ma’ Roma Kollox jindika li Pedro se jkun qed jiffirma ma’ Roma. Jidher …

Hakimi għadu ma jafx x’se jsir minnu

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-futur ta’ Ashraf Hakimi għadu inċert immens. Real Madrid għadhom ma jafux jekk humiex se jżommuh jew inkella jbigħuh. Hakimi ma’ Real ma tantx se jkollu ċans jilgħab minħabba li hemm diġà Carvajal f’dik l-istess pożizzjoni. Diversi timijiet kbar tal-Ewropa, fosthom anki Juventus, qed isegwu s-sitwazzjoni bit-tama li jkollhom l-opportunità li jiksbu s-servizzi ta’ Hakimi. Matthew Scerri

Il-prezz ta’ Hakimi

MatthewJuve News Leave a Comment

Fil-jiem li għaddew smajna li Juventus kienu interessati li jixtru lil Hakimi ta’ Borussia Dortmund. Hu se jirritorna ma’ Real Madrid das-sajf wara li wasal fi tmiem is-self ta’ sentejn ma’ Borussia. Skont AS, Real lesti jbigħuh għal 60 miljun Ewro. Matthew Scerri

Interess Juventin f’Hakimi

MatthewJuve News Leave a Comment

Das-sajf jasal fi tmiemu s-self ta’ sentejn ta’ Achraf Hakimi ma’ Borussia Dortmund mingħand Real Madrid. S’issa għadu mhux magħruf jekk Real Madrid humiex se jżommuh fit-tim tagħhom jew inkella jbigħuhx. Juventus huma interessati li jiksbuh u skont Calciomercato.com diġà infurmaw lil Real u lill-aġent tal-plejer dwar dan l-interess. Matthew Scerri