Havertz jiswa wisq

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-prezz ta’ Havertz jidher li hu għoli ħafna hekk kif il-klabbs il-kbar kollha tal-Ewropa tefgħu għajnejh fuqhom. Skont Sky, Bayer Leverkusen qed jitolbu 100 miljun Ewro, somma li diffiċilment se jkunu jistgħu joffru Juventus f’dan il-mument. Matthew Scerri

Juventus għadhom interessati f’Havertz

MatthewJuve News Leave a Comment

L-apprezzament ta’ Juventus fil-konfront ta’ Kei Havertz hu fatt magħruf. Paratici u Sarri faħħruh pubblikament fil-passat. Juventus huma żgur fost il-plejers interessati li jiksbu s-servizzi tiegħu. Anki Manchester United u Chelsea jriduh. Skont Kicker, però, il-favoriti nett li jixtruh huma Bayern Munich. Matthew Scerri

Havertz għadu jiġi segwit mill-qrib minn Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Matul ix-xahar ta’ Novembru Juventus se jkunu qed jerġgħu jsegwu mill-qrib lil Kai Havertz. Apparti li se jarawh fl-azzjoni kontrihom stess fiċ-Champions League, Juventus se jibagħtu xi scouts tagħhom sabiex isegwuh f’xi partiti tal-Bundesliga. Il-Bianconeri huma interessati ferm fih għalkemm iridu jevitaw li jidħlu f’taqtigħ ma’ klabbs oħra li inevitabbilment iwasslu għal żieda sostanzjali fil-prezz tiegħu. Matthew Scerri