Hernanes telaq mill-Italja!

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Brażiljan Hernanes jinsab Marbella wara li telaq mill-Italja lbieraħ. F’Marbella t-tim ta’ Hebei Fortune għaddej b’training camp tal-pre-season tagħhom. Qed nistennew li llejla stess tingħata l-aħbar uffiċjali tat-trasferiment tiegħu mal-klabb Ċiniż. Matthew Scerri

Hernanes-Hebei Fortune. Għada t-testijiet mediċi

MatthewJuve News Leave a Comment

Għada l-Erbgħa f’Marbella, Spanja, Hernanes se jkun qed jagħmel it-testijiet mediċi ma’ Hebei Fortune. Ilbieraħ kienu diskussi l-aħħar dettalji tal-kuntratt tiegħu. Juventus se jkunu qed idaħħlu 8 miljuni flimkien ma’ 2 miljuni oħra f’bonuses. Hernanes innifsu se jiffirma kuntratt ta’ sentejn b’paga ta’ 9 miljuni. Matthew Scerri

L-aġent ta’ Hernanes jitkellem dwar l-għidut ta’ trasferiment ma’ Hebei Fortune

MatthewJuve News Leave a Comment

L-aġent Joseph Lee tkellem dwar il-futur ta’ Hernanes. “Ma nafx fiex jinsabu n-negozjati bejn il-klabbs biss nista’ ngħid li aħna m’għandna l-ebda ftehim ma’ Hebei Fortune. L-importanti għal Hernanes hu li jilgħab, ma’ Juventus, fiċ-Ċina jew x’imkien ieħor. Il-fatt li tħalla barra mil-lista taċ-Champions League mhuwiex fattur pożittiv. Jekk Juventus jilħqu ftehim mal-klabb Ċiniż u tkun sitwazzjoni tajba għalina, allura …

Hernanes mhux mgħajjat. Se jitlaq?

MatthewJuve News Leave a Comment

Hernanes ma ġiex mgħajjat minn Allegri għall-partita kontra Inter. Hu ma jinsabx inweġġa u lanqas sospiż. Skont ‘Tuttosport’ dan hu sinjal li fil-jiem li ġejjin Hernanes se jitlaq lil Juventus. Il-klabb Ċiniż ta’ Hebei Fortune qed jinnegozja l-akkwist tiegħu fuq il-bażi ta’ 10 miljuni. Anki San Paulo jriduh b’saħħa. Matthew Scerri