Howedes: “X’aktarx nirritorna l-Ġermanja”

MatthewJuve News Leave a Comment

F’intervista mogħtija lil Bild, Benedikt Howedes ikkonferma li x’aktarx hu se jirritorna l-Ġermanja. Hu stqarr li mhux se jkollu problemi li jaħdem mal-kowċ Tedesco. Fi kliemu fis-sajf li għadda għalih kienet l-aqwa għażla li jħalli lil Schalke, imma issa lest jirritorna magħhom u jaħdem flimkien ma’ Tedesco wara li dan tal-aħħar wera l-bravura tiegħu. Matthew Scerri

Howedes. Juventus iridu jżommuh, imma …

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus għadhom iridu jiddeċiedu x’se jkun il-futur ta’ Benedikt Howedes. L-intenzjoni tagħhom hi li jżommuh, għalkemm bħalissa mhumiex disposti jħallsu għalih is-somma miftehma fis-sajf li għadda. F’dan l-istadju Marotta u Paratici lest jikkunsidraw żewġ opzjonijiet: (i) iġeddu għal sena oħra s-self ta’ Howedes; jew (ii) jixtruh għal somma ta’ madwar 5 miljuni. Matthew Scerri

Howedes: “Allegri hu kowċ kbir”

MatthewJuve News Leave a Comment

Intervistat minn Die Welt, Benedikt Howedes kellu kliem ta’ tifħir għal Allegri. Hu qal: “Għandi rapport mill-aqwa miegħu anki jekk stajt nittrenja ftit li xejn minħabba l-injuries tiegħi. Hu kowċ li rebaħ ħafna fl-Italja u wassal lil Juventus darbtejn sal-Finali taċ-Champions League. Hu kowċ kbir.” Howedes qal anki li togħġbu ħafna l-ħajja fil-belt ta’ Turin u esprima x-xewqa li jieħu …

Howedes: “Ikun unur kbir jekk Juventus iżommuni”

MatthewJuve News

Intervistat minn Bild, Howedes tkellem dwar il-futur tiegħu: “Juventus huma wieħed mill-klabbs l-aktar prestiġjużi u b’saħħithom fid-dinja. Bħalissa rrid nikkunċentra biss biex nirkupra u nkun moħħni fit-tieni parti tal-istaġun. Għandna ċ-ċans li nirbħu l-kampjonat u t-tazza tal-pajjiż. Dan waħdu hu diġà riżultat mill-aqwa. Imma hawn hawn ħolma ikbar li jirritornaw jgħollu t-trofew taċ-Champions League. Fl-aħħar tliet snin Juventus waslet darbtejn …