Sarri għandu bżonn attakkant bil-karatteristiċi ta’ Milik

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-gazzetta La Repubblica żvelat li kien Sarri stess li talab l-akkwist ta’ Milik. Hu għandu bżonn attakkant li jkun involut fl-azzjoni bħalma hu Milik, iktar milli attakkant tal-kaxxa bħal Icardi. Jidher li Juventus għandhom ftehim verbali ma’ Milik fuq il-bażi ta’ kuntratt ta’ ħames snin b’paga ta’ 5 miljuni fis-sena. Issa jmiss li Juventus isibu ftehim ma’ Napoli. Matthew Scerri

Klawżola fil-kuntratt ta’ Icardi tagħmilha iktar diffiċli li jirritorna l-Italja

MatthewJuve News Leave a Comment

It-trasferiment ta’ Mauro Icardi ma’ Juventus hu dejjem iktar diffiċli hekk kif jidher li PSG aċċettaw klawżola fil-kuntratt li f’każ ta’ bejgħ tal-attakkant Arġentin lil xi klabb Taljan, il-Franċiżi jridu jħallsu 15-il miljun oħra lil Inter. Dil-klawżola tgħodd biss għas-sentejn li ġejjin. Dan kollu jfisser, però, li minn tal-inqas Juventus jew xi klabb ieħor Taljan irid joffri 73 miljun Ewro …

PSG miftehmin ma’ Inter biex jixtru lil Icardi

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont ESPN hemm ftehim kważi konkluż bejn Inter u PSG għal Icardi. PSG se jixtruh għal kollox għas-somma ta’ 60 miljun Ewro. Huma għandhom ftehim anki ma’ Wanda Nara għall-kuntratt ta’ Icardi b’paga ta’ 10 miljuni fis-sena. Issa wieħed irid jara jekk Juventus humiex se jirnexxilhom isibu ftehim ma’ PSG biex jixtru mingħandhom lill-attakkant Arġentin. Hu ovvju li biex jirnexxilhom …

Imsemmi Donyell Malen ma’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Fl-attakk Juventus qed isegwu mhux biss plejers affermati (bħal Icardi, Milik u Haaland), imma anki talenti żgħażagħ. Nafu li Juventus ilhom għaddejjin b’kuntatti għal Kaio Jorge. Issa qed jissemma anki Donyell Malen ta’ PSV. Hu għandu lil Raiola bħala aġent u jista’ jkun li hu proprju Raiola li qed jagħmel pressjoni ma’ Juventus biex jixtruh. Matthew Scerri

PSG issa jridu lil Alex Sandro għal Icardi

MatthewJuve News Leave a Comment

Hekk kif jidher li Pjanic qed jippreferi jingħaqad ma’ Barcellona, Juventus u PSG qed ikomplu t-taħdidiet tagħhom għal Icardi fuq bażijiet differenti. L-indikazzjonijiet huma li issa PSG qed jitolbu lil Alex Sandro fil-ftehim. Il-partijiet għadhom ‘il bogħod milli jsibu ftehim bejniethom, biss li hu żgur hu li l-interess ta’ Juventus għadu tassew ħaj. Matthew Scerri

Juventus f’kuntatt mal-aġenti ta’ Milik

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus jidhru li għandhom l-ideat ċari dwar l-attakk. Il-preferit nett jibqa’ Mauro Icardi, biss kollox jiddependi minn x’se jagħmlu PSG. It-tim Franċiż jista’ jixtri lil Icardi għal kollox u jbigħu, jew inkella jżommuh magħhom. Sitwazzjoni inċerta immens. Għaldaqstant Juventus għadhom għaddejjin bit-taħdidiet mal-aġenti ta’ Milik. Skont Calciomercato.com il-prezz ta’ Milik hu ta’ 40 miljun Ewro. Juventus ilhom snin isegwu lil …

Tliet plejers x’aktarx se jħallu lil Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Tliet plejers fit-tim ta’ Juventus jidhru li se jkunu qed jiġu mibjugħa das-sajf bi qbil ma’ Sarri. Rugani u  De Sciglio ftit li xejn lagħbu u spiss kienet għażla tal-kowċ. It-tielet plejer li x’aktarx isellem lil Juventus hu Pjanic. Fil-każ tiegħu jidher li Sarri qed jippreferi jagħti iktar spazju lil Bentancur u hekk Paratici se jkun jista’ juża lil Pjanic …

Simeone jitkixxef il-prezz ta’ Icardi

MatthewJuve News Leave a Comment

Atletico Madrid lesti jidħlu f’konkorrenza ma’ Juventus għall-akkwist ta’ Mauro Icardi. Għalkemm m’hemmx negozjati uffiċjali, jidher li Simeone kellu kuntatti informali ma’ Wanda Nara fejn tkixxef dwar il-prezz ta’ Icardi. Issa wieħed irid jara x’se tkun il-mossa li jmiss ta’ Atletico, jiġifieri jekk humiex se jiftħu negozjati biex jixtru lil Icardi. Matthew Scerri

Diversi timijiet interessati f’Bernardeschi

MatthewJuve News Leave a Comment

L-esperjenza ta’ Bernardeschi ma’ Juventus tidher riesqa lejn tmiemha. Sarri baqa’ qatt ma sablu post fil-grawnd fejn jista’ jesprimi t-talent tiegħu. Min-naħa tiegħu jidher li anki Bernardeschi nnifsu mhuwiex kontra li jsib tim ieħor fejn ikun jista’ jilgħab b’mod aktar regolari. Skont Calciomercato.com hemm diversi possibiltajiet ta’ tpartit għal Bernardeschi: ma’ Milan bi bdil ma’ Donnarumma jew Paquetà; ma’ Inter …

Jista’ jkun hemm bdil bejn Alex Sandro u Icardi

MatthewJuve News Leave a Comment

Alex Sandro jista’ jkun il-pedina li permezz tagħha Juventus jirnexxilhom isibu ftehim ma’ PSG għall-akkwist ta’ Icardi. Dan qed tiktbu Tuttosport. Il-klabbs jista’ jkun li jsibu ftehim fuq il-bażi ta’ bdil bejn Alex Sandro (u somma flus) għal Icardi. Minflok Alex Sandro jista’ jkun li Juventus jixtru lil Emerson Palmieri. Matthew Scerri