Posts

Iling Junior barra għal tliet ġimgħat

L-injury ta’ Iling Junior hu iktar gravi minn kemm kien maħsub ilbieraħ wara l-partita. Allegri ddikjara li qala’ biss daqqa. Illum sarulu xi testijiet u filwaqt li ġie eskluż li għandu ksur, ġie stabbilit li għandu bżonn 20 jum mistrieħ qabel jidħol lura fl-azzjoni. Prattikament issa naraw lura fil-grawnd fl-2023.

Matthew Scerri

Paredes isofri injury muskolari

Leandro Paredes se jkollu jibqa’ wieqaf għal madwar ġimaghtejn wara li sofra injury muskolari waqt it-training. L-injury mhuwiex gravi skont ir-riżultati miksub minn testijiet mediċi li sarulu. Wieħed irid jara jekk Paredes huwiex se jirnexxielu jidħol lura fl-azzjoni qabel il-waqfa għat-Tazza tad-Dinja.

Matthew Scerri

Bremer barra għal tliet ġimgħat

Juventus tilfu lil Bremer għal tliet ġimgħat minħabba l-injury li sofra fid-Derby. L-injury muskolari tiegħu mhuwiex gravi, biss ġie stmat mill-istaff mediku ta’ Juventus li hu jeħtieġ madwar 20 jum mistrieħ biex jirkupra għal kollox.

Matthew Scerri

Di Maria barra għal tliet ġimgħat

Juventus ħabbru li wara li sarulu xi testijiet mediċi, ġie stabbilit li Angel Di Maria se jkollu jibqa’ wieqaf għal madwar 20 jum biex ifiq mill-injury muskolari li sofra. Hu kellu jabbanduna l-grawnd fil-partita kontra Maccabi minħabba uġigħ muskolari f’koxxtu. B’xorti tajba l-injury kien inqas gravi minn kemm kien maħsub għall-ewwel.

Matthew Scerri

De Sciglio barra għal għaxart ijiem

Mattia De Sciglio sofra injury muskolari fil-partita kontra Maccabi Haifa. Hu se jdum barra minn tal-inqas għaxart ijiem u wara se jsirulu testijiet mediċi oħra sabiex l-istaff mediku ta’ Juventus ikun jista’ jistabilixxi jekk fieqx jew le.

Matthew Scerri

Injury għal Miretti mat-tim nazzjonali

Fabio Miretti sofra injury waqt li kien impenjat mat-tim nazzjonali Taljan ta’ taħt il-21 sena. Fil-fatt waqt is-sessjoni ta’ taħriġ tal-bieraħ u qala’ daqqa fl-għaksa u għandu uġigħ qawwi. Tant hu hekk li ntbagħat lura Turin fejn se jkun inviżtat mit-tobba ta’ Juventus li għandhom jistabilixxu l-entità tal-injury u kif għandu jiġi kkurat.

Matthew Scerri

Rabiot, Locatelli u Sandro għadhom ma rkuprawx

Illum Rabiot, Locatelli u Alex Sandro reġgħu ma ttrenjawx mal-bqija ta’ sħabhom. Dan ifisser li għadhom ma rkuprawx mill-injury tagħhom. Jekk għada jerġgħu ma jittrenjawx, allura ikun żgur li se jitilfu Monza-Juventus.

Matthew Scerri

Alex Sandro, Rabiot u Locatelli mistennija jitilfu Juventus-Benfica

Għada Allegri mistenni jkollu neqsin lil Locatelli, Rabiot u Alex Sandro. It-tlieta li huma llum ma ttrenjawx mal-bqija ta’ sħabhom u normalment din hi indikazzjoni li l-plejers mhux se jkunu jistgħu jilagħbu. Di Maria, mill-banda l-oħra, ttrenja mat-tim b’mod normali u għaldaqstant se jkun mgħajjat. Illejla, waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, Allegri se jkun jista’ jispjega eżattament liema plejers mhux se jkunu jistgħu jilagħbu u forsi jagħti indikazzjoni dwar meta se jkunu jistgħu jidħlu lura fl-azzjoni.

Matthew Scerri

Di Maria qatta’ parti mis-sessjoni tal-lum jitħarreġ ma’ sħabu

Angel Di Maria ttrenja għal xi ħin illum mal-bqija ta’ sħabu, filwaqt li t-tieni parti tat-training qattagħha jittrenja waħdu. L-indikazzjonijiet huma li Di Maria x’aktarx se jkun mgħajjat għall-partita kontra l-eks tim tiegħu Benfica. Madankollu jista’ jagħti l-każ li Allegri jagħżel li ma jibdiex mill-ewwel minuta peress li ilu barra diversi ġimgħat apparti l-ftit minuti li lagħab kontra Spezia u Fiorentina fejn kien jidher li ma kienx f’sikktu.

Matthew Scerri

Injury għal Locatelli

Manuel Locatelli se jitlef il-partita kontra Salernitana minħabba s-soltu ‘affaticamento muscolare’. Wieħed irid jara issa kemm se jdum biex jirkupra u jekk eventwalment huwiex se jitlef aktar partiti, ibda minn dik ta’ nhar l-Erbgħa kontra Benfica.

Matthew Scerri