De Ligt se jkun operat dil-ġimgħa

MatthewJuve News Leave a Comment

Dil-ġimgħa Matthijs De Ligt se jkun operat fi spalltu biex tissolva darba għal dejjem il-problema li tant ħabbtitu dis-sena. De Ligt se jdum barra sa Ottubru u għaldaqstant mistenni jitlef madwar xahara-xahar u nofs mill-istaġun li jmiss. Matthew Scerri

Dybala. Għadna ma nafux huwiex se jilgħab kontra O.Lyon

MatthewJuve News Leave a Comment

Għadu mhux magħruf jekk Paulo Dybala hux se jkun jista’ jilgħab kontra O.Lyon. Sal-bieraħ stess hu ma ttrenjax ma’ sħabu u minflok kompla jsegwi programm personalizzat ta’ taħriġ. Meta fadal biss jumejn għall-partita, l-istaff ta’ Sarri qed jagħmel minn kollox sabiex jipprova jirkupra lil Dybala. Matthew Scerri

Injury muskolari għal Douglas Costa

MatthewJuve News 1 Comment

L-istaġun ta’ Douglas Costa hu prattikament konkluż hekk kif sofra injury muskolari f’koxxtu l-leminija. Minn stqarrija ta’ Juventus naqraw li hu se jingħata ħmistax mistrieħ u wara se jsirulu testijiet ġodda biex l-istaff mediku jifhem jekk irkuprax mill-injury. Matthew Scerri

Bonucci, De Ligt u Bentancur għadhom dubjużi

MatthewJuve News Leave a Comment

S’issa għadu mhuwiex magħruf jekk Bonucci, De Ligt u Bentancur humiex se jkunu qed jilagħbu kontra Lazio. Fil-konferenza tal-aħbarijiet ta’ lejlet il-partita, Sarri sostna li t-tlieta li huma segwew programm personalizzat fil-jiem li għaddew u llum se jittrenjaw mal-kumplament ta’ sħabhom. Skont Sarri, is-sessjoni ta’ training tal-lum se tagħti indikazzjonijiet dwar min minnhom jinsab tajjeb biex jilgħab. Matthew Scerri

Injury għal Arthur imma jista’ jkun fittizju

MatthewJuve News Leave a Comment

Arthur se jitlef Alaves-Barcellona minħabba injury fl-għaksa. Setien spjega li dil-problema qamet fl-aħħar sigħat. Skont JMania, hu possibbli li dan l-injury hu biss skuża biex tgħatti d-diżgwid bejn il-kowċ u l-plejer. Arthur spiss qed jibqa’ barra mit-tim  u fil-jiem li għaddew kien hemm ħafna polemiki għax Arthur deher jittewweb waqt li kien fuq il-bank tas-sostituti fil-partita kontra Osasuna. Il-gazzetta Mundo …

Operazzjoni għal De Ligt?

MatthewJuve News Leave a Comment

Rapporti li qed jidhru fil-mezzi tax-xandir qed isostnu li fi tmiem l-istaġun De Ligt se jkun operat fi spalltu. Hu ilu żmien twil ibati b’uġigħ fi spalltu u peress li t-trattamenti kollha li rċieva s’issa ma solvewx il-problema għal kollox, jidher li l-unika trid li fadal hi dik tal-operazzjoni. Matthew Scerri

Injuries għal Bentancur u Chiellini

MatthewJuve News Leave a Comment

Dalgħodu Bentancur u Chiellini kienu fil-JMedical għal xi testijiet wara l-injuries li sofrew ilbieraħ. Irriżulta li apparti l-uġigħ m’hemmx danni muskolari għat-tnejn li huma. Iż-żewġ plejers se jkunu qed jiġu segwiti mill-istaff mediku ta’ Juventus. Matthew Scerri