Spiċċa l-istaġun ta’ Caceres?

MatthewJuve News Leave a Comment

L-istaġun ta’ Martin Caceres jaf wasal diġà fi tmiemu hekk kif hemm suspett qawwi mill-istaff mediku ta’ Juventus li l-injury tal-bieraħ jirrigwarda parti tal-għaksa li ġġib l-isem ta’ Achilles Tendon. Dan it-tip ta’ injury normalment jikkomporta waqfa pjuttost twila. Aktar tard illum se jsiru l-eżamijiet mediċi u wara jkollna stqarrija uffiċjali mill-istaff mediku ta’ Juventus. Matthew Scerri

Injury gravi għal Caceres?

MatthewJuve News Leave a Comment

Injury ieħor għal Juventus u did-darba hemm suspett li hu wieħed pjuttost gravi. Martin Caceres ħareġ mill-grawnd jibki minħabba uġigħ fl-għaksa. S’issa għad m’hemmx indikazzjoni x’għandu. Il-fatt li beda jibki jindika li l-injury jista’ jkun wieħed gravi, bil-possibbiltà li Allegri tilef plejer ieħor għall-partiti kontra Napoli u Bayern Munich tal-ġimgħat li ġejjin. Matthew Scerri

Khedira 15-21 jum barra

MatthewJuve News Leave a Comment

Aħbar kerha immens għal Juventus hekk kif Sami Khedira se jkollu jibqa’ barra bejn ġimagħtejn jew tlieta. Dan ifisser li hemm ċans kbir li hu jitlef l-ewwel konfront ma’ Bayern Munich. Barra minn hekk se jitlef il-big match tal-kampjonat kontra Napoli. Matthew Scerri

Waqfiet twal għal Asamoah u Mandzukic

MatthewJuve News Leave a Comment

Aħbarijiet xejn sbieħ għal Allegri hekk kif mill-eżamijiet mediċi tal-lum irriżulta li Asamoah u Mandzukic se jkollhom waqfiet twal minħabba l-injuries tagħhom.  Asamoah għandu bżonn bejn ġimagħtejn u tliet ġimgħat mistrieħ. Iktar gravi Mandzukic li se jdum barra madwar xahar. Matthew Scerri

Xejn gravi għal Zaza

MatthewJuve News Leave a Comment

Aħbar tajba għal Juventus: Simone Zaza m’għandu xejn gravi. It-tobba għamlulu xi testijiet u ma deher li hemm xejn preokkupanti. Issa se jkomplu jsegwuh biex jifhmu meta se jkun jista’ jilgħab mill-ġdid. Matthew Scerri

Diversi plejers neqsin f’nofs il-grawnd nhar il-Ġimgħa

MatthewJuve News Leave a Comment

Nhar il-Ġimgħa kontra Lazio Allegri se jkollu xi ftit tal-problemi f’nofs il-grawnd. Prattikament fadal biss Sturaro, Marchisio u Padoin biss bħal midfielders ċentrali. L-oħrajn huma kollha barra b’injury, apparti Pogba li se jkun sospiż. Issa rridu naraw jekk Khedira u Lemina jagħmlux progressi fil-jiem li ġejjin u forsi jkunu għallinqas jistgħu jinżlu fuq il-bank tas-sostituti. Matthew Scerri