Caceres u Evra rkupraw

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum Caceres u Evra ttrenjaw mal-bqija ta’ sħabhom. Dan juri li huma rkupraw mill-injuries li kellhom u allura se jkun għad-dispożizzjoni ta’ Allegri fl-okkażjoni ta’ Juventus-Manchester City. Matthew Scerri

Hernanes se jdum tliet ġimgħat barra

MatthewJuve News Leave a Comment

Injury ieħor f’dar Juventus. Fil-fatt Hernanes se jkollu jibqa’ barra madwar tliet ġimgħat minħabba injury muskolari. Dalgħodu sarulu xi testijiet mediċi u rriżulta li l-injuru tiegħu hu pjuttost gravi, tant li se jibqa’ barra għoxrin ġurnata sabiex ikun jista’ jirkupra. Matthew Scerri

Khedira ngħata ġimgħa mistrieħ

MatthewJuve News Leave a Comment

Sami Khedira reġa’ qed iħoss uġigħ f’koxxtu fejn kien weġġa’ fis-sajf li għadda, Juventus b’mod prekawzjonali ddeċidew li jagħtuh ġimgħa mistrieħ sabiex jirkupra sew u ma jkunx hemm riskju ta’ injury iktar gravi. Khedira għaldaqstant se jitlef il-partita kontra Manchester City ta’ nhar l-Erbgħa. Matthew Scerri

Caceres se jdum 10-15-il jum barra

MatthewJuve News Leave a Comment

Martin Caceres se jdum barra bejn 10 u 15-il ġurnata biex jirkupra mill-injury li sofra wara d-daħla kerha fuq siequ min-naħa ta’ Cuadrado. It-tobba ta’ Juventus  sabu li qala’ daqqa qawwija u se jkollu jibqa’ mistrieħ għal xi jiem biex jirkupra. Matthew Scerri

Morata jinsab l-isptar

MatthewJuve News Leave a Comment

Alvaro Morata bħalissa jinsab l-isptar sabiex it-tobba jifhmu eżattament l-entità tal-injury tiegħu. L-ambjent Juventin hu letteralment maħsud b’din l-aħbar. Jekk ikun ikkonfermat il-ksur,  Morata jkollu minn tal-inqas sitt ġimgħat bil-ġibs u wara jkun meħtieġ żmien twil ta’ riabilitazzjoni. Normalment il-ksur jikkomporta li plejer idur barra bejn erba’ u ħames xhur. Intant Juventus se jibagħtu lil xi ħadd mill-istaff mediku tagħhom …

Pogba ngħata ġimgħa mistrieħ

MatthewJuve News Leave a Comment

L-istaff mediku ta’ Juventus dalgħodu seta’ jinviżta lil Paul Pogba. Kien ikkonfermat li għandu ‘distorsione’ fl-għaksa l-leminija. Huma ordnawlu ġimgħa mistrieħ qabel ikun jista’ jerġa’ jibda jittrenja regolarment. Matthew Scerri