Injury għal Bonucci

MatthewJuve News Leave a Comment

Leonardo Bonucci se jkollu jitlef il-partita kontra Roma minħabba injury. Hu fil-fatt qala’ daqqa fl-għaksa ta’ siequ l-leminija waqt is-sessjoni ta’ taħriġ ta’ lejlet il-partita. B’mod prekawzjonali hu lanqas biss ġie mgħajjat bit-tama li jkun jista’ jilħaq jirkupra sal-Ħadd li ġej. Matthew Scerri

Injury muskolari għal Ronaldo

MatthewJuve News Leave a Comment

Cristiano Ronaldo sofra injury waqt li kien qed jilgħab għall-Portugall kontra s-Serbja. Wara kważi nofs siegħa logħob, hu deher qed jiġri lejn il-ballun mal-linja u f’daqqa waħda beda jnaqqas mill-veloċità sakemm imtedd mal-art. Minnufih hu talab il-bidla. L-indikazzjonijiet huma li sofra injury muskolari. Wara l-partita hu stqarr: “Naf lil ġismi. F’temp ta’ ġimgħa jew tnejn għandi nkun tajjeb mill-ġdid.” Matthew …

Staġun mitmum għal Emre Can?

MatthewJuve News Leave a Comment

Qed ikun rappurtat li Emre Can se jkollu jieqaf għal madwar sitt ġimgħat sabiex ifieq minn uġigħ qawwi f’dahru li ilu jħabbtu staġun sħiħ. Din l-aħbar għadha mhix konfermata mija fil-mija, imma jekk verament ikollu jieqaf l-istaġun tiegħu jaf diġà wasal fi tmiemu. Hemm anki xnigħat li jista’ jkun li dan l-uġigħ iwassal biex Emre Can ikollu jitlef l-impenji tat-Tazza …

Injury għal Marchisio?

MatthewJuve News Leave a Comment

S’issa għad m’hemm l-ebda tip ta’ informazzjoni dwar kif jinsab Marchisio. Hu ħareġ mill-grawnd u mill-ewwel rajna persuna mill-istaff mediku ta’ Juventus tmur fuqu. Meta mbagħad poġġa fuq il-bank tas-sostituti, rajnieh ipoġġi borża bis-silġ ma koxxtu. Nisperaw li m’għandux xi injury ieħor. Matthew Scerri

Injury ieħor għal Pjanic

MatthewJuve News Leave a Comment

Miralem Pjanic kellu jieqaf mit-training illum minħabba affaticamento muscolare. Għada t-tobba ta’ Juventus se jkunu jistgħu jifhmu aħjar l-entità tal-injury tiegħu. F’dan l-istadju hu probabbli ferm li se jkollu jitlef il-partita kontra Verona. Matthew Scerri

Pjaca għadda minn operazzjoni oħra

MatthewJuve News Leave a Comment

Fil-ġimgħat li għaddew saret operazzjoni żgħira oħra fuq l-irkoppa ta’ Pjaca. Din kienet operazzjoni li normalment issir f’każijiet bħal dawn sabiex titnaddaf l-irkoppa mil-likwidu li jkun inġemgħa fl-irkoppa wara l-operazzjoni. Skont La Gazzetta dello Sport, Pjaca mill-ġimgħa d-dieħla se jkun qed jerġa’ jibda jittrenja mal-kumplament ta’ sħabu. Probabbli, imma, li Allegri se jkun prudenti ferm miegħu u mhux se narawh …

De Sciglio se jkollu jibqa’ wieqaf fit-tul?

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum suppost inkunu nafu kif jinsab De Sciglio. L-indikazzjonijiet huma li l-injury tiegħu mhuwiex ta’ entità ħafifa. Fil-fatt wara l-partita kien qed jimxi bl-istampelli. Kif għidna, aktar tard illum l-istaff mediku ta’ Juventus se joħroġ stqarrija wara li jinviżtah. Matthew Scerri

Illum inkunu nafu x’għandu Barzagli

MatthewJuve News Leave a Comment

Hemm stennija kbira biex inkunu nafu x’inhuma r-riżultati tat-testijiet mediċi li saru mill-istaff mediku ta’ Juventus biex jifhmu l-entità tal-injury ta’ Andrea Barzagli. Hemm suspett qawwi li għandu ‘stiramento’ li jfisser li se jdum barra diversi ġimgħat. Matthew Scerri

Lemina xahrejn barra?

MatthewJuve News Leave a Comment

‘Sportmediaset’ irrapurtaw illum li l-injury ta’ Mario Lemina hu pjuttost serju u jaf ikollu jibqa’ barra bejn xahar u nofs u xahrejn. Fl-istqarrija ta’ Juventus tal-bieraħ ma kien hemm ebda indikazzjoni dwar kemm se jdum barra. Nittamaw li Sportmediaset m’għandhomx raġun! Matthew Scerri