De Sciglio se jkollu jibqa’ wieqaf fit-tul?

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum suppost inkunu nafu kif jinsab De Sciglio. L-indikazzjonijiet huma li l-injury tiegħu mhuwiex ta’ entità ħafifa. Fil-fatt wara l-partita kien qed jimxi bl-istampelli. Kif għidna, aktar tard illum l-istaff mediku ta’ Juventus se joħroġ stqarrija wara li jinviżtah. Matthew Scerri

Illum inkunu nafu x’għandu Barzagli

MatthewJuve News Leave a Comment

Hemm stennija kbira biex inkunu nafu x’inhuma r-riżultati tat-testijiet mediċi li saru mill-istaff mediku ta’ Juventus biex jifhmu l-entità tal-injury ta’ Andrea Barzagli. Hemm suspett qawwi li għandu ‘stiramento’ li jfisser li se jdum barra diversi ġimgħat. Matthew Scerri

Lemina xahrejn barra?

MatthewJuve News Leave a Comment

‘Sportmediaset’ irrapurtaw illum li l-injury ta’ Mario Lemina hu pjuttost serju u jaf ikollu jibqa’ barra bejn xahar u nofs u xahrejn. Fl-istqarrija ta’ Juventus tal-bieraħ ma kien hemm ebda indikazzjoni dwar kemm se jdum barra. Nittamaw li Sportmediaset m’għandhomx raġun! Matthew Scerri

Injury ħafif għal Lemina

MatthewJuve News Leave a Comment

Lemina se jkollu jitlef l-partita bejn Gabon u Burkina Faso minħabba injury ħafif. Kien hu stess fuq is-social media li ta din l-aħbar. Suppost m’għandu xejn gravi u daqt jirritorna għall-azzjoni. Matthew Scerri

Federico Mattiello lura fil-grawnd

Pierre Bonavia News Leave a Comment

Illum fil-logħba tal-Kampjunat Primavera bejn Juventus u Sassuolo (milgħuba ġol grawnds ta’Vinovo u mirbuħa 2-0 mill-bianconeri) lagħab id-disgħin minuta kollha il-plejer ta’nofs -il grawnd Federico Mattiello. Dan kien ritorn fejn mistenni għaż-żagħżugħ ferm promettenti, li wara żewġ operazzjonijiet koroh u rijabilitazzjoni twila reġa qisu beda t-triq lejn fejqan sħiħ. Wara l-istaġun mimli sfortuna ma’Chievo Verona, Federico qed jissilet b’kull saħħa …

Asamoah u Rugani barra 45 ġurnata

Pierre Bonavia News Leave a Comment

Il-Juventus permezz tal-website tagħhom flimkien mar-rapport mediku maħruġ mill- J|Medical qed iwasslu l-aħbar fuq saħħet Kwadwo Asamoah u Daniele Rugani li lbieraħ ħarġu mill-grawnd ta’ Palermo mweġġajn. Aħbarijiet ħżiena li se jneħħu kemm lid-difensur żagħżugħ u kemm l-internazzjonali Għaniż mix-xena għall-45  ġurnata. Aktar tinkwieta l-injury ta’ Asamoah għax apparti li dawn l-aħħar sentejn kien mifluġ minn varji uġiegħ u waqfien …