Isco juri li hu mdejjaq ma’ Real

MatthewJuve News Leave a Comment

Isco ma hu xejn kuntent ma’ Real Madrid. Tant hu hekk li fuq Twitter kiteb: “M’għandix l-opportunitajiet li għandhom sħabi tat-tim.”Nafu li r-rapport bejnu u l-kowċ Solari mhuwiex tajjeb. Barra minn hekk Isco tħalla barra mil-lista tal-plejers imsejħa għad-Derby kontra Atletico Madrid. Uffiċjalment hu għandu uġigħ fi spalltu, biss hemm min qed isostni li din hi biss skuża. Matthew Scerri

Isco dejjem fil-mira ta’ Juventus. Real lesti jpartuh ma’ Dybala

MatthewJuve News Leave a Comment

Ilna snin nisimgħu u naqraw li Juventus jinsabu interessati fl-akkwist ta’ Isco. Dis-sena wkoll hemm ħafna għidut f’das-sens. Fl-aħħar jiem saru anki ħafna spekulazzjonijiet dwar il-possibbiltà li fis-sajf Isco jingħaqad ma’ Juventus fuiq talba ta’ Allegri lil Agnelli u Paratici. Fl-edizzjoni tal-lum ta’ Tuttosport naqraw anki li Real Madrid lesti jinnegozjaw ma’ Juventus fuq il-bażi ta’ tpartit ma’ Dybala. Matthew …

Isco: “Mhux se nitlaq lil Real Madrid”

MatthewJuve News Leave a Comment

Isco ddikjara li hu mhux se jitlaq lil Real Madrid peress li jinsab kuntent ferm f’Madrid u jixtieq ikompli jirbaħ l-unuri magħhom. Hu qal dan meta kien qed jitkellem ma’ ġurnalist ta’ Deportes Cuatro. Fi kliem ieħor jidher li Juventus mhux se jkunu jistgħu jiksbu s-servizzi tiegħu. Matthew Scerri

Isco jinsab imdejjaq ma’ Real Madrid

MatthewJuve News Leave a Comment

Minn mindu Zidane m’għadux kowċ ta’ Real Madrid, Isco tilef postu u jinsab mill-ġdid imdejjaq għall-fatt li qed jilgħab ftit li xejn. F’dan l-istadju mhuwiex eskluż li hu jagħżel li jitlaq lil Real Madrid. F’dik l-eventwalità, Juventus lesti jmorru għalih peress li ilhom snin interessati fl-akkwist tiegħu. Matthew Scerri

Isco lest jitlaq lil Real Madrid

MatthewJuve News Leave a Comment

Isco jinsab mill-ġdid kemxejn diżappuntat hekk kif Bale qed jerġa’ jisraqlu x-xena ma’ Real Madrid. Allegatament hu qed jikkunsidra serjament li jitlaq lil Real. L-aktar tliet timijiet li jidhru interessati fih huma Manchester City, Juventus u PSG. Matthew Scerri

Isco se jiffirma kuntratt ġdid ma’ Real Madrid. Fil-ġimgħat li għaddew tkellem ma’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont ‘Marca’ hemm qbil assolut bejn Isco u Real Madrid sabiex hu jiffirma kuntratt ġdid magħhom sal-2022. Il-gazzetta Spanjola qed tirraporta li fil-ġimgħat li għaddew Isco tkellem ma’ diversi klabbs biex jifli l-offerti tagħhom. Fost dawn il-klabbs kien hemm anki Juventus. Finalment, però, għażel li jibqa’ fejn hu. Matthew Scerri

Allegri jrid lil Isco

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-sit ‘Calciomercato.com’ qed jirraporta li Massimiliano Allegri talab l-akkwist ta’ Isco għal dan is-sajf. Allegatament hu jrid playmaker ta’ valur assolut f’nofs il-grawnd u għażel lil Isco sabiex jilgħab f’din il-pożizzjoni. Matthew Scerri

Isco wasal biex jiffirma kuntratt ġdid ma’ Real Madrid

MatthewJuve News Leave a Comment

Isco ħabbar li waslu biex jintemmu t-taħdidiet tiegħu ma’ Real Madrid sabiex jiffirma kuntratt ġdid magħhom. Hu qal li x-xewqa tiegħu minn dejjem kienet li jibqa’ ma’ Real Madrid għal ħafna snin u jinsab kuntent li bil-firma tal-kuntratt il-ġdid se jkun qed ikompli l-karriera tiegħu maċ-champions Ewropej. Matthew Scerri

Il-prezz ta’ Isco

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-prezz ta’ Isco hu ta’ madwar 35 miljun Ewro skont ‘Calciomercato.com’. Ir-relazzjonijiet tiegħu ma’ Zidane nafu li mhumiex tajbin u s’issa Isco dejjem naqas milli jikkonvinċi għal kollox lil Real. Għal dawn ir-raġunijiet hu probabbli li fis-sajf Isco jħalli lil Real Madrid. Matthew Scerri