Pjanic f’nofs tpartit kbir?

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-siti Spanjoli ‘Fichajes’ u ‘El Chiringuito de jugones’ huma konvinti li verament Real Madrid iridu b’saħħa lil Pjanic għall-istaġun li ġej. Huma qed isostnu li Real se jiltaqgħu mal-aġent tiegħu fil-jiem li ġejjin. Wara se jressqu proposta lil Juventus għal tpartit bejn Pajnic u wieħed minn bejn Isco u James Rodriguez. Matthew Scerri

Isco: “Lest nitlaq biex nilgħab”

MatthewJuve News Leave a Comment

Isco ammetta pubblikament li qed jikkunsidra li jitlaq lil Real Madrid f’Jannar minkejja li jinsab għal qalbu magħhom. Hu sostna li x-xewqa tiegħu hi li jilgħab b’mod regolari u jekk Real mhux se jagħtuh din l-opportunità, lest jikkunsidra li jingħaqad ma’ tim ieħor. Matthew Scerri

Interess f’Isco u Kovacic

MatthewJuve News Leave a Comment

Shopping f’Madrid għal Juventus. Il-Bianconeri, li qed ifittxu midfielder minflok Pogba, tefgħu għajnejhom fuq Kovacic u Isco. It-tnejn li huma għadhom qatt ma kkonvinċew għal kollox u mhumiex regolari ma’ Real Madrid. Il-Bianconeri jemmnu fihom u lesti jagħtuhom l-opportunità li, bħal Pogba u Morata fl-aħħar snin, juru t-talent kollu tagħhom. Matthew Scerri

Juventus iħejju għall-addijo ta’ Pogba

MatthewJuve News 1 Comment

Fil-ħarġa tal-lum ta’ ‘Tuttosport’ naqraw li Juventus qed jibdew iħejju għat-tluq ta’ Paul Pogba. Marotta lest jibda jinnegozja mal-klabb xerrej sabiex ikollu biżżejjed ħin ħalli jixtri lil xi ħadd minfloku. Il-prezz li jrid jitħallas lil Juventus hu ta’ 100 miljun Ewro jew iktar. Intant ‘Tuttosport’ qed tagħmel l-ismijiet li x’aktarx fuqu se jkunu investiti l-flus li l-Bianconeri se jdaħħlu mill-bejgħ …