U jekk finalment nieħdu lil Isco?!

MatthewJuve News 1 Comment

Apparti Gotze u Draxler, Juventus għadhom iridu b’saħħa lil Isco. Dan hu ħabib kbir ta’ Morata li milli jidher qed jagħmel pressjoni sabiex ikun jista’ jilgħab flimkien ma’ Isco bil-flokk Juventin. Barra minn hekk ma rridux ninsew li n-negozjati għal Gotze kulma jmur qed isiru dejjem iktar diffiċli, filwaqt li Juventus mhumiex wisq konvinti b’Draxler minħabba l-prezz teigħu u l-injuries …

L-alternattivi l-oħra f’każ li jfalli l-akkwist ta’ Gotze

MatthewJuve News Leave a Comment

F’każ li Marotta ma jirnexxilux jakkwista lil Mario Gotze, Juventus għandhom xi plejers oħra li qed jikkunsidraw. Qabel xejn hemm Draxler u  Cuadrado, b’Marotta u Paratici spiss ikollhom kuntatti mal-aġenti tagħhom. Imbagħad hemm bħas-soltu Oscar, Isco u Ozil, li huma kemxejn iktar diffiċli biex jinxtraw minħabba l-prezz. Matthew Scerri

Kif tista’ tinbidel il-Juventus bit-tluq ta’ Vidal

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-bejgħ ta’ Vidal jista’ jiftaħ it-triq għall-akkwist ta’ plejer ta’ fama. Marotta qed jikkunsira li jixtri bil-flus ta’ Vidal lil Mario Gotze jew inkella Cuadrado. Jista’ jagħti l-każ li l-flus jiġu investiti fl-akkwist ta’ Isco jew Oscar. Barra minn hekk se jkun hemm investimenti oħra li potenzjalment jistgħu jseħħu: Alex Sandro, Draxler, Ozil, Praet u De Bruyne. Matthew Scerri

Llorente jiftaħ it-triq għal Isco

MatthewJuve News Leave a Comment

Hekk kif ħarġet l-aħbar li Real Madrid jinsabu interessati f’Llorente, ‘Tuttosport’ mill-ewwel tirraporta li t-tweġiba ta’ Juventus għal dan l-interess hu li lesti jinnegozjaw ma’ Real Madrid bil-kundizzjoni li dawn jagħtuna lil Isco. Ovvjament il-Bianconeri jkollhom iżidu somma flus sew ma’ Llorente biex jieħdu lil Isco. Matthew Scerri