L-attakkanti li se jitilquna

MatthewJuve News Leave a Comment

Bl-akkwist ta’ Dybala u dawk probabbli ta’ Zaza u ta’ xi top player ieħor tipo Cavani, Juventus se jkollhom ineħħu diversi attakkanti li diġà għandhom fit-tim. Matri se jmur lura ma’ Milan, filwaqt li Coman se jkun misluf. Llorente, mill-banda l-oħra, jista’ jispiċċa l-Ingilterra jew Spanja. Fil-fatt iriduh Seville, Valencia, Tottenham, Arsenal u Liverpool. Matthew Scerri

Jackson Martinez: “Wasal iż-żmien li nitlaq lil Porto”

MatthewJuve News Leave a Comment

Intervistat minn ‘El Espectador’, l-attakkant Jackson Martinez ħabbar li jħoss li wasal iż-żmien li hu jitlaq lil Porto sabiex jagħmel qabża ta’ kwalità fil-karriera tiegħu. Mistoqsi jekk huwiex sejjer jilgħab fis-Serie A jew fil-Premier League Ingliża, Jackson Martinez wieġeb biss: “Jista’ jkun”. Insomma jidher li għadu ma jafx eżattament fejn se jilgħab għalkemm hu ċert li se jitlaq lil Porto …

Aħbarijiet tal-Calciomercato (1 ta’ Jannar 2015)

MatthewJuve News Leave a Comment

Martinez f’koppja ma’ Tevez? L-attakkant il-ġdid ta’ Juventus, skont ‘Sportmediaset’, se jkun Jackson Martinez. Juventus lesti jbigħu lil Llorente u jinvestu 35-40 miljun Ewro fl-akkwist ta’ Martinez. Giovinco fil-mira ta’ Bologna Bologna huma tassew interessati f’Sebastian Giovinco. Huma jriduh minn issa u qed iwegħduh skwadra qawwija fis-Serie A mibnija madwaru. Mhux se jkun faċli, però, li Giovinco jaċċetta li jinżel …