James Rodriguez offrut lil Juventus u Napoli

MatthewJuve News Leave a Comment

Qed ikun hemm diversi rapporti, l-aktar minn Spanja, li Juventus u Napoli huma d-destinazzjonijiet l-aktar probabbli għal James Rodriguez. Il-Kolombjan jidher li se jħalli lil Real das-sajf u skont il-media Spanjola, Jorge Mendes qed jipproponi lil Juventus u lil Napoli biex jixtruh. Minn dak li nifhmu, però, għal Juventus dan l-akkwist bħalissa mhuwiex prijorità. Matthew Scerri

James Rodriguez se jibqa’ ma’ Bayern Munich

MatthewJuve News Leave a Comment

Bayern Munich iddeċidew li se jżommu lil James Rodriguez sa tmiem l-istaġun. Il-Kolombjan jinsab misluf lilhom mingħand Real Madrid. Fil-jiem li għaddew kien hemm spekulazzjonijiet li James Rodriguez seta’ jitlaq lil Bayern biex jingħaqad ma’ Juventus, Napoli jew Arsenal. Madankollu Bayern ma jridux jafu li jitilquh minn idejhom minkejja li s’issa ma marx wisq tajjeb. Matthew Scerri

Bayern Munich ħadu lil James Rodriguez

MatthewJuve News Leave a Comment

Bayern Munich ħabbru li kisbu lil James Rodriguez. Hu se jkun l-eredi ta’ Douglas Costa magħhom. Bild qed jirrapurtaw Ii huma ħadu lil James Rodriguez b’self għal sentejn imħallas 10 miljuni, u fl-2019 ikollhom l-obbligu li jixtru għal kollox għal 36 miljun Ewro. Fi kliem ieħor huma ħaduh bl-istess ċifri li bigħu lil Douglas Costa lil Juventus. Matthew Scerri