Arrestat manager tal-JMedical

MatthewJuve News Leave a Comment

Wieħed mill-managers tal-JMedical, Giuliano Pastore safa arrestat ilbieraħ flimkien ma’ ħmistax-il persuna oħra b’rabta ma’ inkjesta dwar ħasil ta’ flus u użura. Il-grupp ta’ persuni kienu qed jaħdmu b’rabta ma’ boss tal-‘Ndrangheta. Skont Il Fatto Quotidiano l-każ faqqa’ wara li l-eks President ta’ Asti, Pierpaolo Gherlone ressaq rapport lill-awtoritajiet. Gherlone, li kellu problemi finanzjarji, kien kiseb self fuq l-idejn bl-għajnuna …

It-tabib Agricola lura ma’ Juventus?

MatthewJuve News Leave a Comment

It-tabib Riccardo Agricola x’aktarx se jirritorna ma’ Juventus bħala Direttur tal-JMedical. Hu serva għal snin kbar bħala tabib tat-tim Juventin, speċjalment fl-epoka ta’ Lippi, u kien safa’ implikata fl-akkużi ta’ doping imressqa fil-konfront ta’ Juventus lejn tmiem is-snin Disgħin. Interessanti li t-tabib Agricola mar Cardiff mal-kumplament tat-tim Juventin ftit jiem ilu. Matthew Scerri

Marchisio sarulu testijiet mediċi fuq l-irkoppa; “Kollox sew!”

Pierre Bonavia News 1 Comment

Marchisio ipposta fuq Instagram ritratt wara li sarulu testijiet mediċi fuq l-irkoppa li kienet  ġiet operata lejn l-aħħar ta’l-istaġun l-ieħor. Dawn ittieħdu ġol J|Medical il-laboratorju u klinika inawgurat s-sena l-oħra bħala parti mis-sit tal-Juventus Stadium. Għada se jkun involut bħala spettatur fil-friendly kontra Juve B ġo Villar Perosa. Il-midfielder juventin stqarr li kollox mar kif suppost u jekk Alla jrid …

Inawgurat il-JMedical

MatthewJuve News Leave a Comment

Dalgħodu ġie inawgurat il-JMedical, klinika privata speċjalizzata fil-mediċina tal-isports. Permezz ta’ din il-klinika mgħammra bl-aqwa teknoloġija moderna Juventus iridu jkunu jistgħu jikkuraw aħjar il-plejers b’injuries. Matthew Scerri

Kważi lesta l-klinika ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus waslu biex jinawguraw klinika privata tagħhom stess biex fiha jkunu jistgħu jiġu kkurati l-plejers Bianconeri. Il-klinika, li ġġib l-isem ta’ “JMedical”, hi struttura mgħammra bl-aqwa apparat u teknoloġija marbuta mal-mediċina tal-isports. Fil-31 ta’ Jannar 2016 se jintemm il-bini u wara jkun jonqos biss il-verifiki tal-awtoritajiet qabel l-istaff mediku ta’ Juventus ikun jista’ jibda jopera minn din il-klinika. Matthew Scerri