Dakinhar li John Charles kien fostna

MatthewJuve News 1 Comment

Forsi ftit jafu li John Charles f’Frar tal-1982 kien jinsab Malta fuq żjara privata. F’din l-okkażjoni kien ġie avviċinat mill-uffiċċjali tal-Juventus Club (Malta) u hu ġentilment aċċetta li jiltaqa’ mal-membri tal-Club. Ġiet imtella’ għall-okkażjoni serata fiċ-Ċentru Sport Edukattiv, il-Furjana nhar is-Sibt 6 ta` Frar 1982 fejn matulha l-membri setgħu jsiru jafu mill-qrib lil dan il-persunaġġ straordinarju. Ħsibna li hu xieraq li …

John Charles twieled 87 sena ilu

MatthewJuve News Leave a Comment

87 sena ilu, fis-27 ta’ Diċembru 1931, twieldet waħda mill-ikbar stilel li qatt libset il-flokk ta’ Juventus: John Charles. Hu mhux biss wieħed mill-aqwa attakkanti ta’ Juventus, iżda jibqa’ mfakkar ukoll f’pajjiżu bħala wieħed mill-kbar nett tal-futbol Britanniku. John Charles wasal ma’ Juventus f’Awwissu 1957, wara li għal xi snin kien lagħab ma’ Leeds. L-akkwist tiegħu kien sewa lill-Bianconeri s-somma …

Wales, l-art li tatna lil John Charles u Ian Rush

MatthewJuve News Leave a Comment

Wales hu l-pajjiż li se jkun qed jospita l-Finali taċ-Champions League. Minn dal-pajjiż waslu żewġ attakkanti li fil-passat libsu l-flokk Juventin: John Charles u Ian Rush. L-ewwel wieħed hu mingħajr dubju dak li l-aktar kiseb success hekk kif bejn is-Snin Ħamsin u Sittin kien jifforma parti mit-trijo leġġendarju: Boniperti-Charles-Sivori. Hu lagħab ħames snin ma’ Juventus u skurja 105 gowl f’181 …