Stevan Jovetic jista’ jitlef il-partita kontra Juventus tat-18 ta’ Ottubru. Qabel Inter-Fiorentina hu ħass uġiegħ muskolari. Illum se jsirulu xi eżamijiet mediċi u mhux eskluż li jkollu jibqa’ barra għal madwar tliet ġimgħat-xahar. Matthew Scerri
L-aġent ta’ Jovetic se jiltaqa’ ma’ Marotta
L-aġent ta’ Stevan Jovetic mistenni jasal l-Italja kmieni l-ġimgħa d-dieħla. Allegatament hu se jiltaqa’ mad-diriġenti kemm ta’ Juventus kif ukoll ta’ Inter. Għalissa għad m’hemmx negozjati uffiċjali, biss il-laqgħat tal-ġimgħa d-dieħla jaf iwasslu għall-ftuħ ta’ negozjati ma’ Manchester City għall-akkwist ta’ Jovetic. Matthew Scerri
Wara Dybala u Mandzukic, se nieħdu anki lil Jovetic?
Marotta qed ikompli jaħdem bla waqfien biex isaħħaħ lit-tim ta’ Allegri. Din il-ġimgħa stess x’aktarx se jiltaqa’ mal-aġent ta’ Stevan Jovetic. Hemm xnigħat li Juventus diġà għandhom abbozz ta’ ftehim ma’ Manchester City biex jistru lil Jovetic. Issa jmiss in-negozjati mal-plejer innifsu, liema negozjati mhux se jkun faċli għax Juventus lesti joffrulu paga ta’ 3.5 miljun Ewro li hi ferm …
Aħbarijiet tal-Calciomercato (17 ta’ Ġunju 2015)
Isla ma’ Fiorentina Juventus x’aktarx sabu tim għal Mauricio Isla. Fiorentina, fil-fatt, iriduh b’saħħa. Juventus m’għandhom l-ebda objezzjoni li jagħtuhulhom. Erbgħa jridu lil Storari Tliet timijiet tas-Serie A u wieħed tas-Serie B iridu jiksbu s-servizzi ta’ Marco Storari. It-timijiet huma: Bologna, Fiorentina, Frosinone u Cagliari. Falcao b’self ma’ Chelsea Il-media Ingliża qed tirraporta li hemm ftehim bejn Monaco u Chelsea …
Għadna rridu lil Falcao u Jovetic
Skont ‘Tuttosport’ Juventus qegħdin isegwu lil Falcao u Jovetic għas-sajf 2015. L-idea hi li jsaħħu lit-tim bi plejer ta’ klassi li jkun għatxan li juri x’jaf wara sena deludenti. Fl-istess ħin ikunu jistgħu jikkonvinċu lil Pogba jibqa’ magħhom peress li jkollhom skwadra iktar qawwija. Matthew Scerri
Il-prezz ta’ Jovetic
Stevan Jovetic verament wasal fi tmiem l-avventura tiegħu ma’ Manchester City. Il-media Ingliża qed tirraporta li t-tim ta’ Manchester qed jagħtih valur ta’ 17-il miljun Ewro. Juventus, Atletico Madrid, Inter u Roma huma t-timijiet li qed isegwuh b’interess kbir. Matthew Scerri
Man. City joffru lil Jovetic u flus għal Pogba
“Daily Mirror” jiktbu fl-edizzjoni tal-lum li Manchester City iridu b’saħħa lil Paul Pogba. Huma jafu li Juventus huma interessati ferm f’Jovetic u allura qed jikkunsidraw li joffru somma flus flimkien ma’ Jovetic għal Pogba. Matthew Scerri
Jovetic. Intervista taħraq kontra Pellegrini
Stevan Jovetic qed jikkunsidra li jitlaq lil Manchester City. F’intervista lil ‘Sunday Mirror’ hu qal dan li ġej: “Pellegrini qatilni billi ħallini barra mil-lista. Kulħadd jgħidli li jien plejer kbir, imma hu ċar li l-kowċ ma jaħsibx hekk. Nimmerita li nilgħab fiċ-Champions League. Ninsab tassew deluż. Ma nemminx li kienet l-aqwa għażla. Naf li kien ħaqqni nkun f’dik il-lista, imma …
Jovetic u Dzeko waslu fi tmiem l-avventura tagħhom ma’ Manchester City
Stevan Jovetic u Edin Dzeko jidhru li waslu fi tmiem l-avventura tagħhom ma’ Manchester City. Jovetic tħalla barra mil-lista UEFA u allura għadna indikazzjoni ċara li Manchester City m’għadhomx jemmnu fih. Dzeko wkoll jidher li qed ifittex tim ġdid peress li ma jinsabx għal qalbu mas-Citizens. Fil-fatt l-aġent tiegħu din il-ġimgħa qal li lest jitlaq lil Manchester City għal tim …
Jovetic u flus għal Pogba
Il-gazzetta ‘The Sun’ tirraporta li Manchester City jridu jegħlbu l-konkorrenza ta’ Chelsea sabiex jiksbu s-servizzi ta’ Paul Pogba. Allegatament is-Citizens qed joffru lil Juventus somma flus flimkien ma’ Stevan Jovetic. L-offerta tagħhom qed toqrob ħafna lill-100 miljun li tkellem dwarhom Allegri nhar il-Ħadd. Matthew Scerri
- Page 1 of 2
- 1
- 2