Posts

Id-Direttur tal-ASL: “Għada l-partita se tintlagħab”

Radio Kiss Kiss ħadu kumment mingħand il-Professur Carlo Picco li hu d-Direttur tal-ASL ta’ Turin. Hu kkonferma li m’hemmx riskju li l-partita t’għada ma tintlagħabx. Fil-fatt fi ħdan Juventus attwalment m’hemm l-ebda cluster ta’ infezzjonijiet u allura s-sitwazzjoni hi taħt kontroll mil-lat mediku bil-protokoll tal-FIGC.

Matthew Scerri

Inbidlet id-data ta’ Juventus-Napoli

Inkredibbli imma veru! Juventus-Napoli mhux se tintlagħab fis-17 ta’ Marzu. Il-Lega Calcio ħabbret li minflok dil-partita se tintlagħab fis-7 ta’ April. Jidher li kienu ż-żewġ klabbs li talbu dil-bidla fid-data. Il-partita se tintlagħab fis-6.45 p.m.

Matthew Scerri

Juventus-Napoli x’aktarx fis-17 ta’ Marzu

Kollox jindika li Juventus-Napoli se tintlagħab fis-17 ta’ Marzu 2021. Id-deċiżjoni għadha mhix waħda uffiċjali, imma diversi siti qed jirrapurtaw li dakinhar fis-6.45 ta’ filgħaxija se tintlagħab il-partita l-partita li kienet tħassret fl-4 ta’ Ottubru li għadda.

Matthew Scerri

Szczesny hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Napoli

Sczcesny ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-Finali tas-Super Cup Taljana bejn Juventus u Napoli. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 53% tal-voti, segwit minn Cuadrado b’31% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Ronaldo b’7% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!

Matthew Scerri

Cuadrado probabbli jibda mill-ewwel minuta

Juan Cuadrado jista’ jkun li jibda mill-ewwel minuta kontra Napoli. Dan minkejja li fil-jiem li għaddew ma kienx qed jittrenja ma’ sħabu minħabba l-Covid-19. Qed ikun irrapurtat li Cuadrado se jilgħab mal-lemin biex Danilo jimxi għal fuq il-linja xellugija.

Matthew Scerri

Kif x’aktarx jilagħbu Juventus u Napoli

Juventus (4-4-2): Szczesny; Danilo, Bonucci, Chiellini, Bernardeschi; Chiesa, Bentancur, Arhthur, McKennie; Kulusevski, Ronaldo

Napoli (4-2-3-1): Ospina; Di Lorenzo, Manolas, Koulibaly, Mario Rui; Demme, Bakayoko; Lozano, Zielinski, Insigne; Petagna

Sors: Calciomercato.com

De Laurentis ried imexxi d-data tas-Super Cup Taljana

Skont Radio Punto Nuovo, il-President ta’ Napoli, Aurelio De Laurentis talab li titmexxa d-data tas-Super Cup Taljana. It-talba tiegħu ma ntlaqgħetx u Juventus-Napoli se tintlagħab fl-20 ta’ Jannar kif ippjanat. Jidher li hu għamel dil-proposta bit-tama li s-Super Cup tintlagħab fi tmiem l-istaġun meta forsi jkun possibbli li s-supporters jitħallew jidħlu fl-istadiums.

Matthew Scerri

Juventus-Napoli fl-14 ta’ Frar?

Meta se tintlagħab Juventus-Napoli? Din hi d-domanda li ħafna supporters qed jistaqsu. S’issa għad m’hemmx data peresss li prattikament sa Mejju m’hemmx spazju għal partita oħra minħabba l-impenji tal-kampjonat, tal-Coppa Italia u tal-kompetizzjonijiet Ewropej. L-għidut hu li x’aktarx Juventus-Napoli se tintlagħab fl-14 ta’ Frar 2021, meta kellha tintlagħab il-partita tat-Tieni Rawnd. Imbagħad f’Mejju (jew qabel jekk Juventus u Napoli ma javanzawx fil-kompetizzjonijiet kollha) tinstab data għall-partita Napoli-Juventus tat-Tieni Rawnd.

Matthew Scerri