Posts

Ronaldo b’ċans li jiskurja s-750 gowl fil-karriera

Illejla Cristiano Ronaldo qed jimmira li jiskurja l-gowl numru 750 fil-karriera tiegħu. S’issa hu skurja 749 u allura jekk isib ix-xibka l-lejla, se jkun qed jilħaq ċifra ta’ gowls skurjati li ftit plejers laħqu tul il-karriera tagħhom.

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (28 ta’ Novembru)

Illum se nfakkru paġna mhux tant sabiħa tal-passat ta’ Juventus. Bħal-lum fl-1973 Juventus kienu tilfu l-Finali tat-Tazza Interkontinentali kontra l-Indipendiente. Dik kienet l-ewwel darba li Juventus kellhom iċ-ċans li jsiru champions tad-dinja, imma ma għarfux jieħdu l-opportunità tad-deheb. Ta’ min jgħid li dik is-sena Juventus kienu tilfu l-ewwel Finali tat-Tazza taċ-Champions kontra Ajax. L-Olandiżi għażlu li ma jilagħbux it-Tazza Interkontinentali u allura Juventus ħadu posthom.

Khedira fil-pjanijiet ta’ Everton għal Jannar

Wara l-kliem ta’ tifħir li Khedira kellu għal Ancelotti, jidher li issa verament Everton huma interessati li jiksbu lill-midfielder Ġermaniż. Everton jemmnu li l-esperjenza ta’ Khedira jaf tkun determinanti għall-ambizzjoni tagħhom li jidħlu fiċ-Champions League s-sena d-dieħla. Juventus, min-naħa tagħhom, lesti jħalluh jitlaq b’xejn u probabbli li Khedira mhux se jkun qed jitlob somma flus lil Juventus biex itemm il-kuntratt sitt xhur qabel iż-żmien.

Matthew Scerri

Injury muskolari għal Demiral

Merih Demiral sofra injury muskolari u se jkollu jibqa’ barra għal madwar għaxart ijiem. Bħalissa Pirlo fadallu biss żewġ difensuri ċentrali (De Ligt u Danilo) hekk kif Bonucci u Chiellini huma barra mill-azzjoni b’injuries huma wkoll.

Matthew Scerri

Id-difiża 3D ġdida ta’ Juventus

L-epoka tal-BBBC tidher li riesqa b’pass mgħaġġel lejn tmiemhom. Wara li rtira Barzagli, kollox jindika li din se tkun l-aħħar sena għal Chiellini. Bonucci wkoll qed jikber u naqqas ħafna fil-wirjiet tiegħu. Nhar is-Sibt kontra Cagliari kellna għall-ewwel darba wara snin, difiża ġdida. Difiża 3D qed tissejjaħ għax magħmula minn Danilo, De Ligt u Demiral. Il-proċess ta’ tiġdid tad-difiża qed iħalli r-riżultati mixtieqa. De Ligt hu mingħajr dubju wieħed mill-aqwa difensuri tad-dinja. Demiral ukoll hu blata fuq wara għalkemm irid jitgħallem joqgħod attent li jaqla’ inqas karti sofor u ħomor. Danilo, imbagħadm, qed ikollu staġun mill-aqwa wara li fis-sena li għaddiet ddeluda f’diversi okkażjonijiet. Illum, iktar min qatt qabel, Juventus jistgħu jserrħu rashom li kapaċi jgħaddu mingħajr il-BBBC!

Matthew Scerri