Federico Bernardeschi ‘Man of the Match’ ta’ Juventus-Atletico

Pierre Bonavia News Leave a Comment

Federico Bernardeschi rebaħ l-unur ta’ ‘Man of the Match’ għal-logħba Juventus-Atletico tat-Tlieta li għadda 12 ta’ Marzu 2019. Il-logħba kienet valida bħala t-tieni logħba tat-Tieni Rawnd tal-UEFA Champions League 2018/19. Il-voti ġew mill-preferenzi tagħkom fuq dan il-website. F’waħda mill-isbaħ prestazzjonijiet tat-tim tagħna f’dawn l-aħħar snin Bernardeschi ibbrilla fuq kulħadd (allavolja ma rnexxilux isib ix-xibka). Lil Federico inthom tajtuh it-52% tal-voti. …