Juventus Primavera diġà rebħu l-Viareggio Cup tmien darbiet

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Viareggio Cup, wieħed mill-aqwa tournaments mondjali għall-Under20, ilha tiġi organizzata sa mill-1949. Juventus rebħu din il-kompetizzjoni 8 darbiet. L-ewwel rebħa tmur lura għall-1961. Imbagħad kellna nistennew sal-1994 biex Juventus reġgħu għollew it-trofew. Fl-aħħar tlettax-il sena Juventus rebħu din il-kompetizzjoni sitt darbiet (tlieta konsekutivi bejn l-2003 u l-2005, fl-2009, 2010 u fl-2012). Issa l-Bianconeri mmexxija minn Grosso għandhom iċ-ċans li jirbħu …

Juventus Primavera-Milan 4-0

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus Primavera llum komplew fil-mixja tagħhom lejn il-Finali tal-Viareggio Cup. Fil-fatt il-Bianconeri kisbu l-aċċess għall-Kwarti Finali wara li għelbu lil Milan 4-0. Il-gowls kellhom il-firma ta’ Pozzebon, Bove, Di Massimo u Morselli. Fil-Kwarti Finali Juventus se jilagħbu kontra r-rebbieħ bejn Sassuolo u Bologba. Matthew Scerri

Tirbaħ Juventus Primavera

MatthewJuve News Leave a Comment

Wara l-eliminazzjoni mill-Coppa Italia ta’ ġimgħa ilu, Juventus Primavera irritornaw għall-impenji tal-kampjonat. It-tim ta’ Grosso rnexxilu jikseb rebħa barra minn daru kontra Virtus Entella b’gowl sabiħ ta’ Vitale. Permezz ta’ din ir-rebħa Juventus ikkonsolidaw ruħhom fir-raba’ post tal-klassifika. VIRTUS ENTELLA-JUVENTUS 0-1 Skorja:Vitale (J) Virtus Entella: Ayoub, Oneto, Keita, Gerli, Pellizzari, Ferrante, Latour (Paliaga), Coppola (Cella), Crivaro, Cardore (Ahmed Kadi), Otin. …

Juventus Primavera eliminati mill-Coppa Italia

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus Primavera sfaw eliminati mill-Coppa Italia. L-avventura tagħhom waqfet illum wara t-tieni leg tas-Semifinali. Il-konfront tal-lum intemm bl-iskor ta’ 1-1 u dan ma kienx biżżedjjed biex Juventus jgħaddu wara t-telfa ta’ ġimgħa ilu. JUVENTUS-LAZIO 1-1 Skorjaw: Bnou-Marzouk (J), Silvagni (L). Juventus: Audero, Roussos, Zappa (Romagna), Pellini, Blanco, Coccolo (Cassata), Vitale, Macek (Udoh), Favilli, Clemenza, Bnou-Marzouk. Kowċ: Fabio Grosso. Lazio: Guerrieri, …