Il-Juventus Stadium wasal biex jibdel ismu

MatthewJuve News Leave a Comment

Tuttosport qed tiżvela li l-Juventus Stadium daqt jista’ jibdel ismu. Il-kumpanija li kienet xtrat in-naming rights wisq probabbli sabet sponsor li lest jagħti ismu lill-Juventus Stadium. Ix-xnigħat huma li l-kumpanija inkwistjoni hi Allianz, l-istess li tat l-isem lill-istadium ta’ Bayern Munich. Mhuwiex ċert jekk dil-bidla hix se sseħħ dis-sena stess jew inkella fl-istaġun ta’ wara. Matthew Scerri

Numri impressjonanti fil-Juventus Stadium!

MatthewJuve News Leave a Comment

Mhux biss 30 rebħa konsekuttiva fil-Juventus Stadium. Ħarsa lejn l-istatistika marbuta ma’ dawn it-30 partita turi numri tassew interessanti. Juventus skurjaw 71 gowl u qalgħu biss 10. F’għoxrin partita minn dawn it-30 kellna ‘clean sheet’ jiġifieri Juventus ma qalgħux gowls. Tajna 193 xutt lejn il-lasta avversarja, kontra d-59 xutt tat-timijiet avversarji. It-topscorer f’dawn it-30 partita kien Dybala bi 17-il gowl. …

Sena tal-ġenn fil-Juventus Stadium!

MatthewJuve News Leave a Comment

L-2016 tat-tim ta’ Allegri fil-Juventus Stadium kien wieħed straordinarju. Fil-fatt mhux biss Juventus rebħu kull partita tal-kampjonat li lagħbu fl-Istadium minn Jannar sa Diċembru 2016, imma komplessivament nistgħu ngħidu li kien hemm 22 partita mirbuħa mill-Bianconeri u 0 telfiet fit-tliet kompetizzjonijiet li Juventus ħadu sehem fihom. Barra minn hekk ġie skorjat 56 gowl mit-tim Juventin u 9 biss kienu l-gowls …