Filmat: Xi spettaklu fil-Juventus Stadium!

MatthewJuve News Leave a Comment

Bidu spettakolari ferm fil-Juventus Stadium hekk kif mill-bieraħ daħal fis-seħħ stil ġdid ta’ kif jiġu ppreżentati l-ħdax-il plejer li jkunu se jibdew mill-ewwel minuta. Kellna logħob bid-dwal, is-sejħa tal-ismijiet tal-ħdax-il plejer u finalment l-innu mkanta mill-istadium kollu. Xi spettaklu!

Passi dixxiplinari kontra t-Tribuna Sud tal-Juventus Stadium

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Giudice Sportivo ddeċieda li t-Tribuna Sud tal-Juventus Stadium trid tibqa’ magħluqa għal partita waħda wara li nhar il-Ħadd instemgħu korijiet offensive bil-konfront tal-belt ta’ Firenze. Din is-sentenza kienet sospiża għal sena, jiġifieri mhux se tidħol fis-seħħ sakemm fis-sena li ġejja ma tirripetix ruħha ħaġa bħal din. L-ironija hi li l-Giudice Sportivo malajr jieħu passi kontra Juventus, imma qatt ma għalaq …

Juventus-Napoli bla sapporters ta’ Napoli

MatthewJuve News Leave a Comment

Għall-konfront dirett bejn Juventus u Napoli tat-13 ta’ Frar is-sapporters ta’ Napoli mhux se jitħallew jidħlu fil-Juventus Stadium. Din id-deżjoni ttieħdet mill-Osservatorio Nazionale sulle Manifestazioni Sportive fi ħdan il-Ministeru tal-Intern Taljan. Id-deċiżjoni ttieħdet biex jiġi evitat ġlied bejn l-ultras ta’ Napoli u dawk ta’ Juventus. Fl-ewwel rawnd is-sapporters Bianconeri ma tħallewx jidħlu fl-Istadio San Paolo. Matthew Scerri

Għadna bla rebħa f’darna!

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Juventus Stadium fl-aħħar erba’ snin kien il-fortizza Bianconera fejn ftit li xejn waqqajna punti. Madankollu din is-sena fil-kampjonat ftit li xejn qed ikollna risq. Fit-tliet partiti kontra Udinese, Chievo u Frosinone ma ksibniex rebħa waħda. Tlifna kontra Udinese li prattikament tilfu kull partita oħra li lagħbu wara dik. Barra minn hekk Frosinone kisbu l-ewwel punt tagħhom f’dan il-kampjonat. 2 punti …

Anniversarju: 8/9/2011 inawgurat il-Juventus Stadium

MatthewJuve News Leave a Comment

Erba’ snin ilu, propju fit-8 ta’ Settembru 2011 kien ġie inawgurat il-Juventus Stadium. Dakinhar saret ċerimonja mill-isbaħ u wara nltagħbet partita ta’ ħbiberija kontra Notts County. F’dan l-istadium Juventus kisbu s-suċċessi tal-aħħar erba’ snin u konvinti li fih se nibqgħu naraw lill-Bianconeri jiffesteġġaw ħafna unuri oħra. Dan hu filmat taċ-ċerimonja: U dan hu video bl-aqwa siltiet ta’ Juventus-Notts County.

Juventus kontra d-deċiżjoni li tingħalaq il-Curva Sud

MatthewJuve News Leave a Comment

Fi tmiem il-ġimgħa li ġejja se jirritorna l-kampjonat. Juventus se jilagħbu f’darhom kontra Chievo biss il-Curva Sud se tkun magħluqa għas-supporters minħabba l-bomba li kienet intefgħet id-derby tas-sena li għaddiet. Illum Juventus FC ħarġu stqarrija fejn sostnew li dan il-pass dixxiplinari se jippenalizza lil Juventus u lill-abbonati, filwaqt li ma jsolvix il-problema. Dan hu dak li kitbu Juventus f’din l-istqarrija: …

150 miljun Ewro mill-Juventus Stadium!

MatthewJuve News Leave a Comment

‘Tuttosport’ tiżvela li f’erba’ snin Juventus daħħlu kważi 150 miljun Ewro mill-gate money tal-partiti. L-iktar partita li rat dħul mill-bejgħ tal-biljetti kienet Juventus-Real Madrid ta’ din is-sena, bid-dħul ikun ta’ 3,303,232 Ewro. Issa Juventus qed jittamaw li jaslu li jibdew jiġġeneraw 50 miljun fis-sena mill-gate money. Matthew Scerri