Juventus għadhom ma tilfux partita waħda barra minn darhom fl-2018

MatthewJuve News Leave a Comment

Seba’ rebħiet f’seba’ partiti barra minn darhom għal Juventus f’dan il-kampjonat 2018/19. Komplessivament Juventus huma l-uniku tim mill-ħames l-aqwa kampjonati Ewropej li għandhom ma tilfux partita waħda fl-2018 fil-kompetizzjonijiet kollha. U peress li fadal tassew ftit għal tmiem l-2018, Juventus jistgħu faċilment jagħlqu s-sena bla telfiet away. Matthew Scerri

Uffiċjali: Juventus l-aktar tim maħbub fl-Italja. Inter l-aktar antipatiċi

MatthewJuve News 1 Comment

Minn stħarriġ tal-European Football Benchmark sirna nafu biċ-ċifri kemm persuna Taljana ssegwi l-futbol, kif ukoll liema hu l-aktar tim segwit u l-aktar li jattira antipatija. Komplessivament fl-Italja hemm 34 miljun persuna li tħobb il-futbol. Minn dawn 49% esprimi simpatija fil-konfront ta’ Juventus (segwiti minn Roma u Napoli b’37%, Milan 35%, Fiorentina 34% u Inter 33%). B’kollox 39% tas-supporters iddikjaraw li …

Agnelli: “Ricci, Paratici u Re se jkomplu x-xogħol ta’ Marotta u Mazzia”

MatthewJuve News Leave a Comment

Andrea Agnelli llum kellu l-opportunità li jispjega l-bidliet li qed iseħħu fi ħdan Juventus. “Il-mudell ta’ tmexxija se jibqa’ l-istess. Huma tlieta l-pilastri li jsostnu lill-klabb: sport, dħul u servizzi. Giorgio Ricci se jkun Chief Revenue Officer, l-area sport se tkun f’idejn Fabio Paratici. Neskludi assolutament li Paratici se jħalli lill-klabb. Marco Re se jieħu ħsieb is-servizzi. Huma kollha professjonisti …

Il-lista tal-persuni nominati għall-Bord tad-Diretturi ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum l-EXOR ippubblikat il-lista ta’ persuni li qed tinnomina għall-Bord tad-Diretturi ta’ Juventus. Apparti Andrea Agnelli hemm anki Pavel Nedved, Enrico Vellano, Francesco Roncaglio u Maurizio Arrivabene. Ma’ dawn hemm anki l-Kunsilliera indipendenti Paolo Garimberti, Daniela Marilungo, Assia Grazioli-Venier u Caitlin Hughes. Il-ħatra tagħhom se tidħol fis-seħħ fil-laqgħa tax-share-holders tal-25 ta’ Ottubru. Matthew Scerri

Ikompli jogħla l-valur tax-shares ta’ Juventus fil-Borża

MatthewJuve News Leave a Comment

Ix-shares ta’ Juventus FC fil-Borża qed ikomplu jattiraw l-interess tal-investituri. Ilbieraħ il-valur tax-shares għola 16,41%. Skont IlBianconero.com dan l-andament irid jitqies fid-dawl ta’ interess mid-dinja Għarbija fi klabbs Ewropej, fosthom Liverpool u Chelsea. Ovvjament fil-każ ta’ Juventus wieħed irid iqis anki l-effett tal-akkwist ta’ Ronaldo li qed jattira interess qawwi fuq il-klabb Juventin. Matthew Scerri

Approvati l-accounts ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Bord tad-Diretturi ta’ Juventus approva l-accounts tal-klabb sal-31 ta’ Diċembru 2017. Fl-ewwel sitt xhur tal-istaġun attwali, Juventus kellhom tnaqqis fid-dħul meta mqabbel mas-sena ta’ qabel: 290.6 miljun dis-sena, 315.1 miljun Ewro s-sena ta’ qabel. Fl-istess naqsu l-operational costs li niżlu mill-182.2 miljun tas-sena li għaddiet għall-178.7 miljun Ewro ta’ dis-sena. Fl-aħħar sitt xhur Juventus kellhom qligħ ta’ 43.3 miljun Ewro …

Intom ċerti li se nirbħu l-iScudetto 2017/18

Pierre Bonavia News Leave a Comment

Wara li saqsejnikom permezz ta’ poll min taħsbu li se jirbaħ dan il-kampjunat tas-Serie A, inthom irripsondejtuna bil-kważi maġġoranza assoluta li t-tim li tant hu għal qalbna se jerġa jittrijonfa fuq l-avversarji tiegħu. Minkejja li Juventus qegħdin punt taħt Napoli wara għoxrin logħba d-92% ta’ min ivvota stqarr li jinsab ċert li l-bianconeri se jirbħu dan l-iScudetto. Waqt li l-partenopei …