Min se jkun l-attakkant li se jieħu post Higuain ma’ Juventus? Din hi d-domanda li ħafna supporters qed isaqsu lilhom infushom. Minn dak li qed ikun irrapurtat, nafu li l-favorit nett hu Milik għalkemm Napoli jridu 40 miljun Ewro jew iktar cash. Juventus min-naħa tagħhom qed jipproponu bdil ma’ Bernardeschi jew Pellegrini. Intant fl-aħħar sigħat kien hemm għidut li apparti …
Żewġ attakkanti minflok Higuain
Skont Tuttosport Juventus se jixtru żewġ attakkanti minflok Higuain. Wieħed minnhom se jkun attakkant stabbilit u hawn nafu li qed jissemmew Milik u Raul Jimenez. Imbagħad se jixtara attakkant żagħżugħ. Hawn l-ismijiet li qed isiru huma dawk ta’ Pinamonti, Scamacca u Kaio Jorge. Matthew Scerri
Niżel il-prezz ta’ Kaio Jorge
L-imxija tal-Covid-19 fil-Brażil qed tħalli riperkussjonijiet kbar fuq l-ekonomija, l-istess bħalma ġara f’kull pajjiż ieħor fid-dinja. Il-kriżi x’aktarx se twassal biex anki l-istilel tal-kampjonat Brażiljan se jitilfu mill-valur tagħhom. Gazeta Esportiva, pereżempju, qed tirraporta li Kaio Jorge issa sar jiswa 15-20 miljun, meta sa tliet xhur ilu l-valur tiegħu kien ta’ 30 miljun. Matthew Scerri
Imsemmi Donyell Malen ma’ Juventus
Fl-attakk Juventus qed isegwu mhux biss plejers affermati (bħal Icardi, Milik u Haaland), imma anki talenti żgħażagħ. Nafu li Juventus ilhom għaddejjin b’kuntatti għal Kaio Jorge. Issa qed jissemma anki Donyell Malen ta’ PSV. Hu għandu lil Raiola bħala aġent u jista’ jkun li hu proprju Raiola li qed jagħmel pressjoni ma’ Juventus biex jixtruh. Matthew Scerri
Filmat: Insiru nafu aħjar lil Kaio Jorge
Matthew Scerri
Konfermi dwar Kaio Jorge
Il-President ta’ Santos ikkonferma f’intervista li jinsab f’taħdidiet ma’ Juventus għall-bejgħ ta’ Kaio Jorge. “Qed niddiskutu fuq il-bażi ta’ 30 miljun Ewro, imma mhux biss ma’ Juventus. Hemm anki żewġ klabbs oħra Taljani u tim Franċiż,” qal il-President. Matthew Scerri
Juventus u Real Madrid f’taqtigħa biex jiffirmaw lil Kaio Jorge
F’dawn il-jiem qed ikun hemm diversi rapporti li Juventus u Real Madrid jinsabu f’taqtigħa biex jiksbu lil Kaio Jorge ta’ Santos. F’pajjiżu hu meqjus in-Neymar il-ġdid. Hu bħalissa jista’ jinħall mill-kuntratt tiegħu ma’ Santos bil-ħlas ta’ penali li tammonta għal 50 miljun Ewro. Matthew Scerri