Ajax iridu lil Kean

MatthewJuve News Leave a Comment

Wara Arsenal u Manchester City, issa anki Ajax qed juru interess f’Moises Kean. “Ajax-Niuew” taw l-aħbar li Ajax jinsabu disposti li jikkuntattjaw lil Raiola biex jippruvaw jieħdu lil Kean mat-tim tagħhom. Fil-verità fis-sajf li għadda Ajax kien għamlu tentattiv sew biex jieħdu lil Kean u l-omm ma kinitx riedet tħallih imur l-Olanda. Matthew Scerri

Kean se jkun offrut kuntratt ġdid minn Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

La darba jkun magħluq is-suq tat-trasferimenti tax-xitwa, Marotta se jkun impenjat ikomplu jibni internament il-Juventus tal-futur. F’dan is-sens l-ewwel mossa tiegħu mistennija tkun li Juventus joffru kuntratt importanti lil Moises Kean. Dan se jkun qed isir sabiex Juventus ma jitilfuhx. Kean, fil-fatt hu wieħed mill-plejers li madwaru se jkun mibni t-tim tal-futur. Matthew Scerri

Ajax kien qrib li jiħdulna lil Kean

MatthewJuve News Leave a Comment

‘Tuttosport’ żvelat li fix-xhur li għaddew Ajax għamlu minn kollox sabiex jiksbu lil Moises Kean. Madankollu r-rieda ta’ Kean kienet li jibqa’ ma’ Juventus. Forsi hu proprju għalhekk li ftit jiem ilu Marotta stqarr li jittama li Raiola ma jkunx irid jieħu lil Kean ‘il bogħod minn Juventus. Matthew Scerri

Titkellem omm Kean. “Nirringrazzjaw lil Alla u lil Juventus”

MatthewJuve News Leave a Comment

Omm Moises Kean, Isabelle tkellmet ma’ “Calciomercato.com” u rringrazzjat pubblikament lil Juventus talli edukaw u għenu lil binha jikber u jimmatura. Fi kliemha. Il-familja tagħhom għaddiet minn mumenti tassew diffiċli, biss bl-għajnuna tal-fidi tagħhom f’Alla dejjem sabu mezz biex jegħlbuhom. Dwar Moises, hi sostniet li sa minn meta kien tifel ċkejken dejjem esprima x-xewqa li jsir footballer. Matthew Scerri

Kean l-ewwel ‘Millennial’ li qatt lagħab fiċ-Champions League

MatthewJuve News Leave a Comment

Moises Kean hu l-ewwel ‘Millennial’ li ddebbuta fiċ-Champions League. Kontra Sevilla hu lagħab l-aħħar għaxar minuti u sar l-ewwel plejer imwieled fis-sena 2000 jew wara li lagħab fl-għola kompetizzjoni Ewropa għall-klabbs. Kean, madankollu, mhuwiex l-iżgħar plejer li qatt lagħab fiċ-Champions League. Ir-rekord jinsab f’idejn Celestine Babayaro li ma’ Anderlecht kien iddebutta meta kellu biss 16-il sena u 87 ġurnata. Kean, …

Debutt ta’ rekord għal Kean

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum jaf ikollna d-debutta ta’ Moise Kean. Kontra Pescara se jibdew mill-ewwel minuta Higuain u Mandzukic. Dawn però kienu t-tnejn li huma impenjati mat-timijiet nazzjonali rispettivi. Mhux eskluż għaldaqstant li Allegri jserraħ lil xi wieħed minnhom fit-tieni taqsima u hekk kean ikun jista’ jilgħab għall-ewwel darba mat-tim tal-kbar ta’ Juventus. Interessanti li jekk dan verament iseħħ, Kean se jkun l-iżgħar …

Kuntratt miljunarju għal Kean

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-sit ‘Calciomercato.com’ qed jirraporta li Moises Kean daqt jiffirma l-ewwel kuntratt tiegħu bħala plejer professjonali. Peress li għad għandu biss 16-il sena, Juventus jistgħu joffrulu massimu ta’ kuntratt ta’ tliet snin. Komplessivament hu se jkun qed jaqla’ madwar 3 miljuni fit-tliet snin, jiġifieri b’paga ta’ 1 miljun Ewro fis-sena. Matthew Scerri

Kean. Debutt mimli rekords

MatthewJuve News Leave a Comment

L-injuries ta’ Dybala u Pjaca qed jagħmlu dejjem iktar probabbli li Moises Kean jiddebutta ma’ Juventus fl-età ta’ 16-il sena. Allegri ilu jieħdu miegħu fuq il-bank tas-sostituti u forsi għada stess kontra Sampdoria jaf narawh fil-grawnd. Jekk dan verament jiġri, Kean ikun l-ewwel plejer li twieled fis-sena 2000 jew wara li qatt lagħab fis-Serie A. Barra minn hekk hu jkun …