L-imbirkin tractors ta’ missier Kean

MatthewJuve News Leave a Comment

Moise Kean wera pubblikament li ma jinsabx kuntent bil-ħafna paroli ta’ missieru fl-aħħar jiem. Ommu u missieru huma separati. S’issa dejjem fhimna li Kean kien marbut iktar ma’ ommu milli ma’ missieru. Waqt programm tar-radju, Biourou Jean Kean (il-missier) stqarr li martu riedet tieħu lil Moise l-Ingilterra, biss hju kien qalilha li laħaq ftehim ma’ Juventus u li kienu se …

L-ewwel gowl ta’ Kean mat-tim nazzjonali Taljan

MatthewJuve News Leave a Comment

Rekord personali ieħor għal Moise Kean. Hu mhux biss hu l-ewwel plejer li twieled wara s-sena 2000 li skurja fis-Serie A, imma issa hu anki dak li skurja l-ewwel mat-tim nazzjonali Taljan. Kean, fl-età ta’ 19-il sena, jidher li se jkompli jħalli l-marka tiegħu personali fuq l-istorja tal-futbol Taljan. Matthew Scerri

X’jonqos għall-iffirmar tal-kuntratt il-ġdid ta’ Kean

MatthewJuve News Leave a Comment

Mino Raiola qed ikompli għaddej bin-negozjati ma’ Juventus għall-kuntratt il-ġdid ta’ Kean. Skont Calciomercato.com m’hemmx problemi ta’ flus marbutin mal-kuntratt. Il-firma, però, għadha ma waslitx peress li Raiola qed jitlob garanziji li Kean ikun jista’ jilgħab iktar is-sena d-dieħla. Jekk Juventus ma jagħtuhx dawn il-garanziji, allura Raiola se jitlob li Kean ikun misluf sabiex jilgħab ferm iktar minn dak li …

Wesley, Kean, De Ligt … Juventus jaħdmu ma’ Raiola

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus jinsabu mill-ġdid f’ħidma kbira ma’ Mino Raiola. Paratici jrid iżommu kuntent lil Raiola bil-għan li jkollu ċans akbar li jikseb lil De Ligt. F’dan id-dawl wieħed irid jaqra n-negozjati għall-kuntratt il-ġdid ta’ Kean, kif ukoll l-akkwist dejjem iktar probabbli tal-winger Wesley. Dan tal-aħħar għandu kuntratt li se jiskadi ma’ Flamengo u Juventus lesti jiksbuh b’xejn sabiex jisilfuh lil xi …

Kean jista’ jidħol fil-ftehim għal Chiesa

MatthewJuve News Leave a Comment

Bil-għan li jegħlbu l-konkorrenza ta’ klabbs oħra, Juventus jidhru disposti li joffru lil Moise Kean lil Fiorentina għal Chiesa. Paratici qed jaħdem sew għal dan l-investiment u jaf li l-konkorrenza se tkun tassew qawwija. Għalhekk qed jikkunsidra li apparti flus joffri anki lil Kean lil Fiorentina biex hekk jikkonvinċihom ibigħuh lil Juventus. Din l-aħbar qed tingħata minn Rai Sport. Matthew …

Allegri: “Kean jiżbalja jekk jitlaq”

MatthewJuve News Leave a Comment

“Esprimejt l-opinjoni tiegħi wara l-partita kontra Chievo u tkellimt dwarha mal-plejer innifsu. Kean għandu jibqa’ ma’ Juventus. Kulħadd għandu għajnejn biex jara li jaf jagħmel il-gowls, biss għad irid jitgħallem kollox dwar il-futbol. Il-fortuna tiegħu hi li jinsab ma’ Juventus, klabb li jsegwih f’kollox. Jekk jitlaq forsi jista’ jilgħab iktar, imma żgur li jitlef fil-proċess tiegħu ta’ maturazzjoni. Ma jridx …

Parma jridu lil Spinazzola u lil Kean

MatthewJuve News Leave a Comment

Parma talbu lil Juventus is-self ta’ Spinazzola u Kean. L-attakkant kważi żgur mhux se jitlaq minn Turin. Differenti s-sitwazzjoni ta’ Spinazzola, però. Allegri jemmen li jaqbillu jitlaq biex jilgħab. Spinazzola, madankollu, ma jridx jaf li jitlaq. Dalgħodu Juventus tkellmu mal-aġent ta’ Spinazzola, Davide Lippi. S’issa mhuwiex magħruf jekk Spinazzola finalment huwiex se jibdel fehmtu. Matthew Scerri

Negozjati bejn Genoa u Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum Paratici kellu laqgħa ta’ madwar siegħa ma’ Enrico Preziosi. Juventus jidhru disposti li jisilfu lil Sturaro lil Genoa sa tmiem l-istaġun, b’Genoa jkollhom id-dritt li jixtruh għal kollox fis-sajf għas-somma ta’ 10 miljuni. Fl-istess laqgħa Juventus infurmaw lil Genoa li ma jridux jisilfu lil Kean. Barra minn hekk il-klabbs tkellmu anki dwar il-possibbiltà li jixtru flimkien lil Zurkowski. Fl-aħħar …