L-Imħallef tal-Isports ma ħa ebda pass fil-konfront ta’ Cagliari b’rabta mal-ibbujjar fil-konfront ta’ Kean u Matuidi waqt il-partita tat-2 ta’ April. L-Imħallef kiteb fis-sentenza li mir-rapporti li waslulu jirriżulta li l-ibbujjar kien ferm iktar limitat u għalhekk ma ħassx li kellu jieħu passi dixxiplinari kontra Cagliari. Matthew Scerri
Kean jaf ikollu jitlef Roma-Juventus
Moise Kean illum ma ttrenjax minħabba li kellu sintomi tal-influwenza. S’issa għadu mhuwiex magħruf jekk hux se jkun jista’ jilgħab kontra Roma. Matthew Scerri
Raiola mistenni Turin għall-kuntratt il-ġdid ta’ Kean
Mino Raiola mistenni jkun Turin fil-jiem li ġejjin sabiex Juventus jiddiskutu miegħu l-aħħar dettalji tal-kuntratt il-ġdid ta’ Kean. Il-partijiet resqin lejn ftehim u x’aktarx f’din l-aħħar laqgħa se jkun qed jiġi ppreżentat lil Raiola l-abbozz tal-kuntratt. Matthew Scerri
Kean daqt mistenni jiffirma kuntratt ġdid ma’ Juventus
F’dawn il-jiem Paratici se jkun qed ikompli jaħdem sabiex isib ftehim ma’ Raiola dwar il-kuntratt il-ġdid ta’ Moise Kean. Juventus qed joffrulu kuntratt sal-2024 b’paga li tibqa’ tiela’ kull sena sa massimu ta’ 3 miljuni fis-sena flimkien ma’ bonuses. Il-partijiet jidhru li resqin lejn ftehim f’dan is-sens. Matthew Scerri
Raiola mistenni jkun Turin
Mino Raiola hu mistenni li jkun Turin f’dawn il-jiem sabiex jiltaqa’ ma’ Fabio Paratici. Il-partijiet se jitkellmu dwar il-kuntratt il-ġdid ta’ Kean. Fl-istess ħin hu probabbli li Juventus ikellmu lil Raiola dwar il-possibbiltà li jixtru lil De Ligt u Pogba għas-sena d-dieħla. Matthew Scerri
Kean fil-mira ta’ klabbs kbar Ewropej
Il-wirjiet ta’ Kean qed iwasslu biex diversi klabbs kbar Ewropej qed juru interess fih. Fl-aħħar jiem PSG u Real Madrid jidhru li għamlu kuntatt ma’ Raiola biex isaqsuh jagħtihom xi informazzjonijiet dwar Kean. Jidher però li bħalissa l-prijorità kemm ta’ Kean kif ukoll ta’ Juventus hi li jinstab ftehim għall-kuntratt il-ġdid tal-attakkant Taljan. Matthew Scerri
Kean b’medja ta’ gowl kull 45 minuta!
Moise Kean skurja seba’ gowls fl-aħħar seba’ partita ma’ Juventus u mat-tim nazzjonali Taljan. Hu tassew qed jgħix mument maġiku. Tuttosport ikkalkulat li Kean għandu medja ta’ gowl kull 45.8 minuta. Medja tassew tal-ġenn, speċjalment għal żagħżugħ ta’ 19-il sena. Matthew Scerri
Skont l-uffiċċjali tal-FIGC l-ibbujjar beda wara l-provokazzjoni ta’ Kean
La Gazzetta dello Sport qed tirraporta li fir-rapport tal-ispetturi tal-FIGC li kienu fis-Sardegna Arena nhar it-Tlieta hemm miktub li l-ibbujjar razzist kien ġej minn numru żgħir ta’ nies u fuq kollox li kollox beda bħala reazzjoni għall-provokazzjoni ta’ Kean bil-mod kif feraħ wara l-gowl tiegħu. Jekk dan kollu jkun ikkonfermat, allura hu probabbli li Cagliari jeħilsuha ħafif u għal darb’oħra …
Ibbujjar stupidu u razzist fil-konfront ta’ Matuidi u Kean
Tliet minuti mit-tmien Blaise Matuidi talab lir-referee Giacomelli sabiex tiġi sospiża l-partita minħabba l-ibbujjar razzist fil-konfront tiegħu u ta’ Kean. Tul il-partita kollha kien hemm diversi tisfir u tgħajjir fil-konfront tat-tim Juventin. Fit-tieni taqsima s-sitwazzjoni eskalat u kien hemm diversi mumenti ta’ ibbujjar razzist. Saħansitra Kean tant kien urtat li wara li skurja mar quddiem is-supporters ta’ Cagliari, fetaħ idu …