Keita se jingħaqad ma’ Monaco

MatthewJuve News Leave a Comment

Wara dik ta’ Schick, anki t-telenovela ta’ Keita waslet fi tmiemha. Il-plejer illum waranofsinhar mar Franza għat-testijiet mediċi ma’ Monaco. Keita se jkun qed jingħaqad ma’ Monaco għas-somma ta’ 30 miljun Ewro u għaldaqstant Lotito ħareġ rebbieħ. Matthew Scerri

Keita u Schick. Pass lura minn Juventus għalissa?

MatthewJuve News Leave a Comment

Fi kliem Marotta stess, Keita u Schick huma kapitli magħluqa għal Juventus fis-sens li l-Bianconeri ma jriduhomx iktar. Kemm hu veru dan? Marotta dejjem qal li Juventus lesti jieħdu kull opportunità li tinqala’. Fl-istess ħin Juventus jemmnu ħafna fit-talent ta’ Schick u Keita. Probabbli, allura, li Juventus attwalment mhux interessati fihom, biss lesti jmorru għalihom jekk ‘il quddiem ikun hemm …

Marotta jitkellem dwar Schick, Keita, Garay u Spinazzola

MatthewJuve News Leave a Comment

Beppe Marotta reġa’ tkellem illum dwar il-mercato Juventin. Hu sostna li Keita u Schick huma każijiet magħluqa għal Juventus. Dwar Spinazzola, Marotta sostna li filwaqt li Juventus għandhom bżonn plejer bil-karatteristiċi tiegħu, xorta waħda l-Bianconeri lesti jonoraw il-ftehim ma’ Atalanta. Skont Marotta t-tim hu tajjeb kif inhu, biss jekk jinqalgħu xi opportunitajiet tajba, Juventus mhux se jħalluhom jaħarbulhom. Mistoqsi dwar …

Lotito: “Ma nistax naċċetta l-offerta ta’ Juventus għal Keita”

MatthewJuve News 1 Comment

F’intervista mogħtija lil La Gazzetta dello Sport, Claudio Lotito attakka lill-aġent ta’ Keita u ħabbar li Lazio lesti jieħdu passi legali kontrih u kontra Keita. Skont Lotito, sa mill-ewwel minuta li Lazio offrew kuntratt ġdid lil Keita, l-aġent qatt ma ried jaf dwar dan u talab li l-plejer jinbigħ. Lazio kienu lesti jikkuntentawh. Tant hu hekk li nfurmaw lill-aġent li …

Jitkellem l-aġent ta’ Keita

MatthewJuve News Leave a Comment

Gazzetta.it intervistaw lil Roberto Calenda, l-aġent ta’ Keita. Hu spjega li Keita ma niżilx għat-training minħabba li jinsab xi ftit imħarbat minn serje ta’ affarijiet li nqalgħu fl-aħħar perjodu, tipo l-kitbiet offensivi kontrih min-naħa tas-supporters f’Formello. Calenda tkellem dwar Lazio li ma għarfux jirrispettaw lil Keita. L-aġent ikkonferma li hemm interess min-naħa ta’ Juventus f’Keita, biss sostna li Lazio qatt …

Keita ma niżilx għat-training!

MatthewJuve News Leave a Comment

Keita llum ma niżilx għat-training ma’ Lazio wara dak kollu li nqala’ lejlet is-Super Cup Taljana. Dan ikompli jixhed li firda kbira li hemm bejnu u Lazio. B’din il-mossa, Keita qed jittama li jisforz lil Lazio jbigħuh, x’aktarx lil Juventus, it-tim li hu jidher li jixtieq jingħaqad miegħu. Matthew Scerri