Inter joffru lil Kondgbia lit-tim Juventin

MatthewJuve News Leave a Comment

Minn Spanja tasal l-aħbar li Inter offrew lil Kondogbia lil Juventus. Skont Superdeporte Inter xejn mhuma kuntenti bil-fatt li Kondogbia ma niżilx għat-training magħhom sabiex jisfurzahom ibigħuh lil Valencia. Proprju sabiex ma jikkuntentawhx f’kollox, Inter offrewh lil Juventus. Jidher imma li Kondogbia mhu se jaċċetta ebda trasferiment għajr dak ma’ Valencia. Matthew Scerri

Marotta jitkellem dwar il-mercato Juventin

MatthewJuve News Leave a Comment

Intervistat f’Milan, Beppe Marotta ddikjara li Pirlo se jibqa’ ma’ Juventus għax qatt ma esprima x-xewqa li jitlaq lil Juventus. Hu kkonferma li Juventus qed jistennew risposta malajr kemm jista’ jkun mingħand Tevez, għalkemm tenna li Juventus se jirrispettaw kull deċiżjoni tiegħu. Marotta, imbagħad, stqarr li Juventus ma jridux ibigħu lil Pogba u ċaħad kull interess f’Kondogbia. Matthew Scerri

Aħbarijiet tal-calciomercato (29 ta’ Marzu 2015)

MatthewJuve News Leave a Comment

Manchester City interessati f’Morata ‘As’ qed isostnu li hemm anki Manchester City li jinsabu interessati li jiksbu s-servizzi ta’ Alvaro Morata.  Huma fil-fatt iridu attakkant minflok Jovetic u Dzeko. Il-prezz ta’ Darmian Torino se jitolbu madwar 15-il miljun Ewro għal Matteo Darmian. Huma jidher lesti li jbigħuh u se jibdew jilqgħu offerti minn 15-il miljun Ewro ‘l fuq. Neto ma …