Kovacic: “Irrid nilgħab iktar”

MatthewJuve News Leave a Comment

Mateo Kovacic stqarr: “Is-sena d-dieħla rrid nilgħab iktar, ma’ Real Madrid jew x’imkien ieħor. Wasalt f’punt tal-karriera fejn għandi bżonn nilgħab aktar regolari.” Fl-Italja Juventus u Inter iriduh b’saħħa, għalkemm hemm anki interess fih minn diversi klabbs kbar oħra tal-Ewropa. Matthew Scerri

Juventus iridu jiffinalizzaw il-ftehim ma’ Emre Can. Intant bdew kuntatti ma’ xi plejers oħra

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-sit Calciomercato.com qed jirraporta li Juventus għandhom ippjanat li jiltaqgħu mal-aġent Reza Fazeli sabeix jippruvaw jiffinalizzaw il-ftehim għat-trasferiment ta’ Emre Can. S’issa dan l-aġent dejjem żamm kellmtu li ma jitkellimx ma’ klabbs oħra. Madankollu hemm xnigħat li diversi klabbs kbar bħal Real Madrid u Bayern Munich lesti jressqulu offerta tajba fl-eventwalità li jibqa’ ma jiġix ifinalizzat il-ftehim mal-Bianconeri. Intant La …

Juventus kienu ltaqgħu mal-aġent ta’ Kovacic

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont is-sit Calciomercato.com  f’nofs Lulju Juventus kellhom laqgħa mal-aġent ta’ Kovacic. Allegri għandu stima kbira tiegħu  u jemmen li għandu potenzjal qawwi. S’issa, però, għad m’hemmx negozjati miftuħin bejn Juventus u Real Madrid, anki minħabba l-fatt li Zidane ma tantx irid jaf li jħallih jitlaq. Matthew Scerri

Idur kollox fuq Kovacic

MatthewJuve News Leave a Comment

Hekk kif in-negozjati għall-akkwist ta’ Matuidi donnhom waqfu ħesrem, Juventus dawru ħarsithom fuq plejers oħra. L-ismijiet nafuhom: Sissoko, Luiz Gustavo, Hector Herrera u Kovacic. Dan tal-aħħar, b’mod partikolari, qed jissemma ħafna peress li Zidane donnu ma tantx jemmen fih u allura jista’ jkun faċli li jinkiseb. Matthew Scerri

Interess f’Isco u Kovacic

MatthewJuve News Leave a Comment

Shopping f’Madrid għal Juventus. Il-Bianconeri, li qed ifittxu midfielder minflok Pogba, tefgħu għajnejhom fuq Kovacic u Isco. It-tnejn li huma għadhom qatt ma kkonvinċew għal kollox u mhumiex regolari ma’ Real Madrid. Il-Bianconeri jemmnu fihom u lesti jagħtuhom l-opportunità li, bħal Pogba u Morata fl-aħħar snin, juru t-talent kollu tagħhom. Matthew Scerri