Allegri jirriskja bil-kbir

MatthewJuve News Leave a Comment

Id-Derby tas-Sibt se tkun partita delikata immens għall-futur ta’ Allegri. M’hemmx dubju li bħalissa hu d-destin tiegħu jinsab imdendel ma’ ħajta. Rebħa konvinċenti biss tista’ ssalvalu postu ma’ Juventus. Bħalma jiġri dejjem f’sitwazzjonijiet bħal dawn, il-kowċ iħallas għar-riżultati negattivi billi jitkeċċa. Andrea Allegri kien ċar fi kliemu li r-riżultati ta’ din is-sena mhumiex aċċettabbli. Intant l-għidut dwar sostituti possibbli qed …

Derby differenti wara diversi snin

MatthewJuve News Leave a Comment

Id-Derby ta’ din is-sena se jkun wieħed ferm differenti minn dak tas-snin li għaddew. Wara ħafna snin din id-darba Torino jinsabu quddiem Juventus fil-klassifika. Se jkun derby b’Juventus inqas qawwija u Torino li sejrin pjuttost tajjeb. Rebħa fid-Derby jkun ifisser li nilħqu lil Torino. Telfa, mill-banda l-oħra, tkompli tkabbar il-kriżi ta’ Juventus. Matthew Scerri

Kuntatt ma’ Ancelotti?

MatthewJuve News Leave a Comment

Hemm xnigħa li tard ilbieraħ filgħaxija Juventus għamlu kuntatt ma’ Carlo Ancelotti u talbuh jgħarrafhom jekk huwiex interessat li jieħu f’idejh it-tmexxija tat-tim. Ma nafux jekk din l-aħbar hix vera jew le. Li hu żgur hu li Allegri qed jirriskja serjament li jitlef postu. Matthew Scerri

It-tim ‘in ritiro’ sa nhar is-Sibt

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus iddeċidew li l-plejers kollha tat-tim se jkollhom jibqgħu ‘in ritiro’ sal-partita tas-Sibt. Dan ifisser li mhux se jitħallew imorru lura d-dar u se jibqgħu f’lukanda sabiex jittrenjaw b’mod iktar intensive. FI tmiem il-partita kontra Sassuolo d-diriġenza Bianconera damet titkellem mal-plejers u ħasset il-ħtieġa ta’ pass drastiku bħal dan. Matthew Scerri

Minn tim stellari għal tim normali!

MatthewJuve News 1 Comment

Konna nsejna xi tfisser tkun tim normali. Wara erba’ snin ta’ glorja, Juventus tilfu ħafna mill-potenzjal enormi tagħhom u hu ovvju li kulħadd ikun diżappuntat. Għaddejna minn staġun fejn kważi ksibna t-triplete biex issa għandna tim li donnu qisu iktar jitlef milli jirbaħ. B’xorti tajba fl-Ewropa s’issa morna tajjeb, imma xorta jibqa’ l-fatt li m’aħniex tim kompettittiv daqs qabel. Hi …