Bdil Llorente-Lamela?

MatthewJuve News Leave a Comment

Fost it-timijiet interessati f’Llorente hemm anki Tottenham. Fl-aħħar sigħat kien hemm spekulazzjonijiet li dan kollu jista’ jiftaħ it-triq għal bdil bejn Llorente u Lamela. Ovvjament f’dan id-deal Juventus ikollhom iżidu xi flus. Matthew Scerri

Juve b’offerta għal Lamela

MatthewJuve News Leave a Comment

‘Daily Mail’ taw l-aħbar illum li Juventus għandhom lesta offerta ta’ 25 miljun Sterlina, madwar 35 miljun Ewro, għal Erik Lamela. L-eks midfielder ta’ Roma jista’ jkun dak il-plejer ta’ nofs il-grawnd li Allegri tant ilu jixtieq sabiex it-tim tiegħu jkun iktar imprevedibbli meta jattakka. Matthew Scerri

Aħbarijiet tal-Calciomercato (3 ta’ Jannar 2015)

MatthewJuve News Leave a Comment

Uffiċjali: Libertazzi misluf lil Pontedera Alberto Libertazzi, li jinsab f’komproprjetà bejn Juventus u Novara, ġie misluf lil Pontedera sa tmiem l-istaġun. Rolando qrib ħafna Il-gazzetta ‘La Stampa’ tagħti l-aħbar li nhar it-Tlieta Rolando se jkun Turin sabiex jassisti għal Juventus-Inter. Porto fehmu li Rolando jrid biss jingħaqad ma’ Juventus u allura se jaċċettaw l-offerta Bianconera: 500,000 għas-self sa Ġunju, bid-dritt …