Lavezzi lejn iċ-Ċina

MatthewJuve News Leave a Comment

Wisq probabbli li Ezequiel Lavezzi se jtemm il-karriera tiegħu fiċ-Ċina ma’ Hebei Fortune. Nafu li fuqu kien hemm diversi klabbs fosthom anki Juventus. Hu se jagħżel il-ħafna flus li qed joffrulu ċ-Ċiniżi. Matthew Scerri

PSG jridu 6 miljuni għal Lavezzi

MatthewJuve News Leave a Comment

Allegatament PSG qed jitolbu 6miljuni sabiex iħallu lil Ezequiel Lavezzi jitlaqhom issa stess. Inter jidher bħalissa l-favoriti nett li jiffirmawh. Juventus ukoll huma interessati, għalkemm x’aktarx jippreferu jistennew li jiskadi l-kuntratt li għandu ma’ PSg. Matthew Scerri

PSG jridu 6-7 miljuni għal Lavezzi

MatthewJuve News Leave a Comment

Meta fadal sitt xhur biex jintemmlu l-kuntratt, Ezequiel Lavezzi qed jattira l-interess ta’ diversi klabbs fosthom Inter u Juventus. In-Nerazzurri qed jaħdmu ħafna biex jiksbu s-servizzi tiegħu immedjatament. Intant sar magħruf li PSG qed jitolbu 6-7 miljuni għalih biex iħalluh jitlaq f’Jannar. Matthew Scerri

Marotta jitkellem dwar il-mercato, Barzagli u Allegri

MatthewJuve News Leave a Comment

Beppe Marotta llum eskluda li f’Jannar Juventus se jieħdu lil Lavezzi, Gundogan jew Banega. Hu sostna li Juventus ma jħossux li għandhom jirranġaw xi affarijiet fit-tim. Fl-istess ħin lanqas ma jridu li jurtaw ruħhom il-plejers li hemm fit-tim.  Marotta tkellem anki dwar Barzagli, fejn sostna li Juventus jixtiequ li hu jiffirma kuntratt ġdid magħhom. FInalment kien hemm kumment dwar Allegri. …

Jitkellem l-aġent ta’ Lavezzi

MatthewJuve News Leave a Comment

L-aġent ta’ Lavezzi kkonferma li l-attakkant Arġentin qed iħoss in-nuqqas tal-Italja u hemm il-possibbiltà li hu jirritorna fis-Serie A. Dan però mhux se jfisser ritorn ma’ Napoli kif hu dejjem xtaq. Fil-fatt De Laurentis ma jridux lura. L-aġent saħaq li Lavezzi x’aktarx se jibqa’ ma’ PSG sa Ġunju u wara se jagħżel il-futur tiegħu fuq il-bażi tal-offerti li jaslulu. Matthew …

L-offerta ta’ Juventus lil Lavezzi

MatthewJuve News 1 Comment

Skont ‘La Gazzetta dello Sport’ Juventus għandhom lesta l-offerta li se jressqu lil Ezequiel Lavezzi, li f’Ġunju 2016 se jkun bla kuntratt. Allegatament Juventus lesti joffrulu 3 miljuni fis-sena għal tliet snin. Min-naħa tiegħu jidher li Lavezzi qed jitlob paga ta’ 5 miljuni. Matthew Scerri

Kuntatt mal-aġent ta’ Lavezzi

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus u Inter iridu lil Lavezzi ta’ PSG, li għandu kuntratt li jiskadi f’Ġunju li ġej. Il-Bianconeri għaddejjin bil-kuntatti mal-aġent tal-plejer u qed jikkunsidraw serjament li jressqu offerta ta’ bejn 4 u 5 miljun Ewro għalih f’Jannar sabiex hekk jegħlbu l-konkorrenza ta’ Inter. Matthew Scerri