Lichtsteiner fil-mira ta’ Arsenal

MatthewJuve News Leave a Comment

Mill-Ingilterra tasal l-aħbar li Emery irid lil Stephan Lichtsteiner ma’ Arsenal. Skont il-BBC, Emery jemmen li Lichtsteiner, bl-esperjenza tiegħu jista’ jkun utli ferm għall-Gunners. Infakkru li Lichtsteiner għand kuntratt ma’ Juventus li jiskadi fl-aħħar tax-xahar id-dieħel. Matthew Scerri

Grazzi ta’ kollox!

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus-Verona se tkun l-aħħar partita bil-flokk abjad u iswed ta’ Juventus għal Buffon, Asamoah u Lichtsteiner. It-tlieta li huma, b’modi kompletament differenti, dejjem libsu b’unur kbir il-flokk ta’ Juventus, taw qalbhom għall-kawża Bianconera u kienu l-pilastri tas-suċċessi miksuba mit-tim Juventin. Isimhom hu mnaqqax fil-kotba tal-istorja ta’ Juventus. Grazzi ta’ kollox Gigi, Kwadwo u Stephan! Matthew Scerri