Uffiċjali: Id-dettalji tat-trasferimenti ta’ Lirola, Mattiello u Orsolini

MatthewJuve News 1 Comment

Permezz ta’ stqarrijiet ippubblikati fis-sit uffiċjali, Juventus taw dettalji dwar it-trasferimenti ta’ Lirola, Mattiello u Orsolini. Lirola – Sassuolo xtrawh għal kollox għas-somma ta’ 7 miljun Ewro, liema somma se titħallas f’erba’ rati. Mattiello – Atalanta kisbuh għall-prezz ta’ 2.5 miljun Ewro li jitħallsu fi tliet rati. Dis-somma tista’ togħla b’2.5 miljun Ewro oħra f’bonuses. Orsolini – misluf lil Bologna …

Sassuolo ħadu lil Lirola u Tripaldelli mingħand Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont Sky Sassuolo laħqu ftehim ma’ Juventus biex jixtru għal kollox lil Pol Lirola u Alessandro Tripaldelli. S’issa ma nafux id-dettalji tal-ftehim, la l-prezz imħallas u lanqas jekk Juventus għandhomx id-dritt li jixtruhom lura bi prezz stabbilit. Tajjeb infakkru li Tripaldelli se jibqa’ ma’ Juventus Primavera għall-kumplament tal-istaġun. Matthew Scerri

Lirola se jitlaq lil Sassuolo f’Jannar?

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-futur ta’ Pol Lirola ma’ Sassuolo hu inċert ferm hekk kif fl-aħħar ħames partiti lanqas biss lagħab minuta. L-aġent tiegħu, skont Calciomercato.com, lest ikellem lil Sassuolo biex jifhem x’qed jiġri. Jekk l-affarijiet ma’ jinbidlux, mhuwiex eskluż li Lirola jibdel it-tim f’Jannar u jmur jilgħab ma’ Fiorentina. Matthew Scerri

Lirola bħal Spinazzola?

MatthewJuve News Leave a Comment

F’Jannar hemm il-possibbiltà li Juventus jitolbu lil Sassuolo sabiex jagħtuhom lura lil Pol Lirola hekk kif mal-linja l-leminija jidher li hemm nuqqas ta’ plejers. Skont Calciomercato.com, Sassuolo ma tantx jidhru disposti li jikkuntentaw lil Juventus. Fil-fatt huma ma jixtiqux jiddgħajfu aktar lit-tim tagħhom. Għaldaqstant qed terġa’ tirrepeti ruħha l-istess sitwazzjoni li kellna das-sajf ma’ Spinazzola. Matthew Scerri