Lirola u Grimaldo għal mal-linji mis-sajf

MatthewJuve News Leave a Comment

Par full-backs ġodda għat-tim Juventin mis-sena d-dieħla. B’Lichtsteiner, Evra u Dani Alves li kibru fl-età, Juventus iridu jibdew ifittxu full-backs ġodda. Mal-linja leminija mistenni jirritorna lura Pol Lirola mingħand Sassuolo. Mal-linja l-oħra, bħala sostitut għal Alex Sandro, Juventus qed jaħsbu f’Alejandro Grimaldo ta’ Benfica. Matthew Scerri

Filmat: Gowl tal-ġenn ta’ Pol Lirola fl-Europa League

MatthewJuve News 1 Comment

Kulħadd qed jitkellem dwar it-tim ta’ Sassuolo li lbieraħ għeleb 3-0 lil Athletic Bilbao fl-Europa League. Fost il-protagonisti ta’ din il-partita kien hemm anki l-full-back misluf lilhom minn Juventus: Pol Lirola. L-Ispanjol skorja l-ewwel gowl tal-partita, gowl tassew sabiħ b’ħarba minn nofs il-grawnd bil-ballun f’saqajh sakemm imbagħad temm l-azzjoni bix-xutt li baqa’ dieħel fix-xibka.

Il-pjan ta’ Juventus għal Lirola

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-websajt ‘Calciomercato.it’ qed tirraporta li Juventus beħsiebhom jieħdu lura lil Pol Lirola mingħand Sassuolo s-sena d-dieħla. Hu se jkun l-eredi ta’ Lichtsteiner u se jkollu sena jilgħab flimkien ma’ Dani Alves biex jitgħallem mingħandu bit-tir li sentejn oħra jkun mal-ewwel ħdax ta’ Juventus. Matthew Scerri

Pol Lirola jikkonferma li ffirma ma’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Pol Lirola kkonferma llum li hu ffirma ma’ Juventus u li jingħaqad mat-tim Primavera tal-Bianconeri. F’kumment mogħti lil ‘Calciomercato.com’, Lirola sostna li l-idolu tiegħu hu Lahm u fil-fatt jilgħab fl-istess pożizzjoni tiegħu. Minn dak li nifhmu, Lirola jixbaħ ħafna lil Lichtsteiner fl-istil ta’ logħob tiegħu. Tajjeb ngħidu lil Manchester City u Barcellona wkoll riedu lil Lirola, imma hu għażel lil …

Xtrajna lil Pol Lirola

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus xtraw full-back ta’ 17-il sena. ‘Sky’ qed jirrapurtaw li Juventus kisbu lil Pol Lirola ta’ Espanyol għas-somma ta’ 700,000 Ewro. Hu wieħed mill-ħafna akkwisti ta’ talanti żgħażagħ li Juventus jagħmlu bħala investiment għat-tim tal-futur. Matthew Scerri