View this post on Instagram ⚽ @llorente_fer's first goal in ⚪⚫ was a decisive one! 🦁 Your favorite memory of 'El Rey León' in Bianconero? #ForzaJuve A post shared by Juventus (@juventus) on Aug 23, 2020 at 6:14am PDT
Llorente: “Juventus huma klabb speċjali”
Ma tonqosx okkażjoni biex Fernando Llorente jtenni l-imħabba tiegħu fil-konfront ta’ Juventus. “Se tkun sensazzjoni sabiħa ferm li nirritorna fl-Allianz Stadium. Għext mument indimentikabbli, irbaħt ħames unuri u wasalna sal-Finali taċ-Champions League. Fuq is-social media s-supporters juruni sal-ġurnata tal-lum imħabba kbira. Iġegħluni nħossni importanti daqslikieku qattajt hemm 10 snin mhux tnejn,” qal f’intervista esklussiva mogħtija lil Tuttosport. Żied anki: “Hu …
Llorente: “F’Turin qattajt tnejn mill-isbaħ snin ta’ ħajti”
Fernando Llorente għadu jqis lil Juventus bħala l-familja tiegħu. F’intervista mogħtija lil Premium Sport, Llorente qal li jinsab iddispjaċut għat-telfa ta’ Juventus kontra Lazio u awguralhom li jirbħu għal darb’oħra l-kampjonat. “Fl-Italja sibt ruħi tajjeb, qattajt tnejn mill-isbaħ snin ta’ ħajti. F’Turin ħallejt ħafna ħbieb u Juventus huma għalija familja,” temm jgħid Llorente. Matthew Scerri
Matri jew Llorente jekk jitlaq Zaza
Skont ‘Tuttosport’ f’każ li jitlaq Zaza jista’ jkun hemm ir-ritorn ta’ wieħed bejn Matri u Llorente. Fil-fatt Juventus iridu attakkant riserva li jkun clubman u li jiswa ftit flus. Matthew Scerri
Llorente jekk jitlaq Zaza?
Hekk kif Wolfsburg ressqu offerta tajba ferm għal Simone Zaza, qed jibdew l-ispekulazzjonijiet dwar min jista’ joħodlu postu ma’ Juventus. Fl-aħħar sigħat kien hemm ħafna spekulazzjonijiet li jista’ jkun hemm ritorn ta’ Fernando Llorente. Matthew Scerri
Ir-ritorn ta’ Llorente
Skont ‘Tuttosport’ hemm ċans tajjeb li Fernando Llorente jirritorna ma’ Juventus. Għat-tieni darba hu jista’ jingħaqad mal-Bianconeri wara li jkun bla kuntratt minn mal-klabb ta’ qabel. Interessanti wkoll li Llorente lest jitlef nofs il-paga li għandu sabiex ikun jista’ jilgħab mill-ġdid mal-Bianconeri. Matthew Scerri
Llorente: “Lura l-Italja? Biss ma’ Juventus”
Fernando Llorente, wisq probabbli, se jibdel il-klabb dan is-sajf. F’intervista għamilha ċara li hu mhux se jingħaqad ma’ ebda klabb ieħor fl-Italja li ma jkunx Juventus. Hu sostna li se jibqa’ Juventin għal dejjem u allura ma jistax jilgħab għal tim ieħor Taljan. Matthew Scerri
Llorente: “Ma’ Juventus kienu sentejn fantastiċi”
F’intervista Fernando Llorente stqarr li hu se jibqa’ Juventin għal dejjem. “Ma’ Juventus qattajt sentejn fantastiċi u mimlija suċċessi. Inqas l-esperjenza ma’ Juventus u t-Tazza tad-Dinja ma’ Spanja bħala l-aqwa affarijiet li ġrawli fuq livell professjonali”. Kliem li juri biċ-ċar l-imħabba li Llorente kellu u għad għandu għal Juventus. Interessanti li Llorente żvela wkoll li ftit taż-żmien ilu mar Turin …
Anki Llorente ddispjaċut għal Juventus
Fernando Llorente wkoll, wara Tevez, stqarr li qed jiddispjaċih li Juventus jinsabu f’diffikultà. Hu sostna li għadu qalbu marbuta ma’ Juventus peress li qatta’ sentejn sbieħ f’Turin. L-Ispanjol spjega li hu telaq għax ma kienx se jkun hemm wisq spazju għalih din is-sena. Llorente temm jgħid li hu konvint li Juventus mhux se jdumu ma jsibu posthom lura fejn jixirqilhom. …
Llorente se jitlef Juventus-Sevilla
Fernando Llorente għada se jitlef il-partita kontra Juventus. Hu għandu injury muskolari ħafif li mhux se jippermettilu li jilgħab. L-eks plejer l-ieħor, Immobile, hu mgħajjat. Dawn huma l-plejers kollha mgħajta għal Sevilla fl-okkażjoni ta’ Juventus-Sevilla: Sergio Rico, David Soria, Coke, Mariano, Tremoulinas, Kolo, Andreolli, Luismi, Matos, Krychowiak, Iborra, Nzonzi, Cristóforo, Reyes, Krohn Dehli, Konoplyanka, Gameiro, Immobile, Juan Soriano, Juan Muñoz. …