Mandragora se jkun operat għada f’Ruma

MatthewJuve News Leave a Comment

Rolando Mandragora se jkun operat għada mill-Professur Mariani fil-klinika Villa Stuart ta’ Ruma. Se ssirlu l-operazzjoni tal-cruciate fl-irkoppa l-leminija. Intant qed ikun irrapurtat li minkejja dan l-injury serju, Juventus xorta waħda se jkunu qed iżommu kelmthom u se jixtruh għal 26 miljun Ewro. Probabbli se jżommuh Turin sa Jannar, bit-tama li jkunu jistgħu jbigħuh fil-bidu tal-2021. Matthew Scerri

Injury gravi għal Mandragora?

MatthewJuve News Leave a Comment

Rolando Mandragora sofra injury f’irkoptu u ħareġ mill-grawnd kontra Torino bid-dmugħ f’għajnejh. Illum se jsirulu xi testijiet biss hemm il-biża’ li se jkollu jdum barra mill-azzjoni. Mandragora, fil-passat, diġà kellu injury gravi f’irkoptu u dam barra madwar sitt xhur. Il-problema hi li, kif irrapurtajna kemm-il darba, Juventus għandhom gentlemen’s agreement ma’ Udinese li jixtru lil Mandragora għal 26 miljun Ewro. …

Lejn bdil Cristante-Mandragora

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-gazzetta La Repubblica qed tikteb li Juventus u Roma jinsabu qrib li jsibu ftehim għal bdil bejn Mandragora u Cristante. Dal-ftehim se jkun iffinalizzat sat-30 ta’ Ġunju bil-għan li t-timijiet jagħmlu plusvalenza tant meħtieġa qabel jagħlqu l-kotba tagħhom għas-sena finanzjarja 2019/20. Matthew Scerri

Paratici jibda l-kuntatti ma’ Roma għall-bdil ta’ xi plejers

MatthewJuve News Leave a Comment

Fabio Paratici daqt mistenni jkollu laqgħa ma’ uffiċċjali ta’ Roma. Il-partijiet mistennija jitkellmu dwar il-possibbiltà li jkun hemm aktar tpartit ta’ plejers bejniethom. Skont Tuttosport Roma jinsabu interessati f’Bernadeschi, Rugani, Perin, Mandragora u Romero, filwaqt li Juventus lesti jiksbu lil Zaniolo, Under, Riccardi u Kluivert. Żgur li mhux dawn il-plejers kollha se jkunu mibdula, biss hu probabbli ħafna jilħqu ftehim …

Juventus u Roma f’taħdidiet għal bdil ta’ plejers

MatthewJuve News Leave a Comment

Fabio Paratici għadu jrid b’saħħa lil Alessio Riccardi ma’ Juventus. Għal dan l-għan jinsab f’taħdidiet ma’ Petrachi ta’ Roma bit-tama li jinstab qbil għal bdil ta’ plejers bejn Riccardi u Rugani (ovvjament id-difensur Taljan jiswa iktar u allura Roma jridu jħallsu anki somma flus). Juventus lesti anki jixtru lil Riccardi għas-somma ta’ 8 miljuni. Paratici u Petrachi għaddejjin bit-taħdidiet anki …

Jista’ jkun hemm bdil ta’ plejers bejn Juventus u Roma

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Juventus u Roma se jkomplu għaddejjin bit-taħdidiet bejniethom dwar il-possibbiltà li jibdlu xi plejers das-sajf. Skont Calciomercato.com Roma jinsabu interessati f’Bernardeschi, Rugani, Romero u Mandragora, filwaqt li Juventus iridu lil Zaniolo, Riccardi, Pellegrini, Cristante u Mancini. Ovvjament il-klabbs mhux se jkunu qed jibdlu dawn il-plejers kollha, biss hu probabbli li xi tip ta’ ftehim għal bdil bejn wieħed jew aktar …