Paratici: “Mhux se jinbidlu wisq affarijiet bit-tluq ta’ Marotta”

MatthewJuve News Leave a Comment

Qabel Udinese-Juventus, Fabio Paratici kien intervistat minn Sky. Hu sostna li t-tmexxija fi ħdan Juventus ftit li xejn se tinbidel issa li telaq Marotta: “Qabel konna erba’ persuni niddeċiedu kollox: Il-President Agnelli, Nedved, Marotta u jien, flimkien anki ma’ Allegri fuq ċerta kwistjonijiet. Issa se jibqa’ kollox l-istess biss se nkunu tlieta minflok erbgħa,” spjega Paratici. Intant nafu li fl-aħħar …

Marotta x’aktarx se jkun qed jaħdem għal klabb rivali ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

X’se jkun il-futur ta’ Marotta? Hu diġà stqarr li jrid jaħdem għal klabb kbir ieħor mis-sena d-dieħla, għalkemm fil-verità jidher probabbli li hu se jkun qed jitlaq lil Juventus fl-aħħar ta’ dan ix-xahar stess. Roma, Napoli u Inter allegatament diġà ikkuntattjaw lil Marotta u offrewlu li jaħdem għalihom. Issemmew anki Manchester United. S’issa, però, Marotta għadu marbut ma’ Juventus u …

Marotta: “Juventus ħadu din id-deċiżjoni”

MatthewJuve News Leave a Comment

Intervistat waqt il-programm 90o minuto, Beppe Marotta għamilha ċara li kienu Juventus li għażlu li jwarrbuh. Hu sostna li jaċċetta din id-deċiżjoni u stqarr ukoll li ma kien hemm ebda episodju li wassal għal din il-firda. Marotta tenna anki li hu mhuwiex interessat li jikkuntesta l-elezzjoni għall-President tal-FIGC. L-intervista ntemmet b’Marotta ma jeskludix li jkun qed jaħdem għal tim kbir …

Min minflok Marotta?

MatthewJuve News Leave a Comment

Id-domanda fuq fomm is-supporters ta’ Juventus hi: Min se jieħu post Beppe Marotta? Għada jkollna indikazzjoni aktar ċara hekk kif se tkun ippubblikata l-lista ta’ persuni nominati sabiex iservu fil-Bord tad-Diretturi ta’ Juventus. Marotta se jibqa’ żgur CEO ta’ Juventus u Direttur Ġenerali tal-Area Sport sal-25 ta’ Ottubru. Wara din id-data se jkun il-Laqgħa Ġenerali tax-share-holders ta’ Juventus FC sabiex …

Marotta: “It-toroq tiegħi u ta’ Juventus se jinfirdu”

MatthewJuve News Leave a Comment

Fi tmiem Juventus-Napoli, Beppe Marotta ħabbar li hu mhux se jibqa’ jservi iktar bħala CEO ta’ Juventus. “Il-mandat tiegħi se jintemm fil-25 ta’ Ottubru u fil-lista tal-membri tal-Bord tad-Diretturi li se tkun ippreżentata nhar it-Tnejn ismi mhux se jidher. Se nibqa’ Direttur Ġenerali tal-Area Sport,” qal Marotta. Hu ma riedx jidħol wisq fid-dettall dwar x’wassal għal din id-deċiżjoni u lanqas …

Premju għal Marotta

MatthewJuve News Leave a Comment

Beppe Marotta rebaħ il-premju bħala l-Aqwa Diriġent Sportiv fl-aħħar sena. Il-premju ngħatalu waqt iċ-ċerimonja tal-WFS Industry Awards. Hu ntgħażel għall-ħidma tiegħu biex Juventus jiksbu riżultati importanti u fl-istess ħin il-klabb jikber anki mil-lat finanzjarju u kummerċjali. Matthew Scerri 

Marotta kandidat għal premju prestiġjuż

MatthewJuve News Leave a Comment

Beppe Marotta hu wieħed mit-tliet kandidati għall-premju tal-Aqwa Diriġent fil-kamp sportiv. Il-premju qed jingħata mill-World Football Summit. Apparti Marotta, l-finalisti l-oħra huma: José Angel Sanchez (Direttur Eżekuttiv ta’ Real Madrid) u Ferran Soriano (Direttur Eżekuttiv ta’ Manchester City). Matthew Scerri

Għalfejn Ronaldo ma marx Monaco?

MatthewJuve News Leave a Comment

“Ronaldo ddeċieda llum stess li ma jiġix. Hi deċiżjoni li nirrispettaw. Ninsabu diżappuntati għall-fatt li Modric rebaħ il-premju bħala l-aqwa plejer tas-sena. Nemmnu li Ronaldo kien ħaqqu jirbaħ għax dan hu premju marbut maċ-Champions League u mhux mat-Tazza tad-Dinja.” Hekk tkellem Marotta wara t-tlugħ tal-polza taċ-Champions League. Hu ta x’wieħed jifhem li Ronaldo ma marx għaċ-ċerimonja peress li kien jaf …