Luca Marrone se jingħaqad b’self ma’ Verona. Huma se jkollhom id-dritt li jixtruh għal kollox is-sena d-dieħla. Dad-dritt isir obbligu li jixtruh jekk Verona jkunu promossi fis-Serie A. Matthew Scerri
Klabbs tas-Serie A jridu lil Marrone
Bologna u Parma qed juru interess li jsaħħu lit-tim tagħhom bl-akkwist ta’ Luca Marrone. Skont La Gazzetta dello Sport Marotta qed jitlob somma bejn 5 u 6 miljuni għal Marrone. Matthew Scerri
Illum Marrone jkun misluf lil Bari?
Illum tista’ tkun il-ġurnata li fih jiġi finalizzat il-ftehim bejn Juventus u Bari sabiex Luca Marrone jingħaqad mat-tim immexxi minn Grosso. Il-ftehim jidher li se jkun fuq bażi ta’ self. Matthew Scerri
Bari interessati f’Marrone
Juventus għadhom iridu jsibu tim ġdid għal Luca Marrone. Skont Il Corriere del Mezzogiorno Bari jriduh. Għalissa, madankollu, Marrone għadu ma tax ir-risposta tiegħu peress li jippreferi jilgħab fis-Serie A. Matthew Scerri
Genoa jridu lil Marrone
Luca Marrone jinsab fil-mira ta’ Genoa. Il-gazzetta Il Secolo XIX qed tirraporta li min-naħa tagħhom Genoa qed jittamaw li jirnexxilhom jiksbu lil Marrone sabiex isaħħu nofs il-grawnd tagħhom u fl-istess ħin ikollhom plejer ieħor li f’każ ta’ neċessità jista’ jilgħab anki fid-difiża. Matthew Scerri
Marrone ma’ Standard Liegi?
Luca Marrone probabbli li se jkompli l-karriera tiegħu barra l-Italja. Jirriżulta, fil-fatt, li Standard Liegi jriduh b’saħħa. Matthew Scerri
Ritorn fis-Serie A għal Marrone
Luca Marrone jaf jirritorna fil-kamjonat wara sena ma’ Zulte Waregem. Spal iriduh u għaddejjin bil-kuntatti biex jiksbuh. Matthew Scerri
Benevento jridu jissaħħu bit-talenti Bianconeri
It-tim ta’ Benevento hu kkowċjat mill-eks kowċ ta’ Juventus Primavera, Baroni. Dan jaf sew lit-talenti Bianconeri u jixtieq li jsaħħaħ lit-tim tiegħu bl-akkwisti ta’ nies bħal Brignoli, Leali, Rogerio, Romagna, Cassata, Marrone u Thiam. Juventus lesti jgħinuhom. Matthew Scerri
Marrone jaf jirritorna l-Italja
Luca Marrone jista’ jirritorna l-Italja hekk kif mhux qed isib wisq spazju fil-kampjonat Belġjan. Bari jriduh u hu lest jinżel Serie B. Aħjar mal-ewwel ħdax fis-Serie B milli riserva fil-Belġju. Matthew Scerri
Uffiċjali: Marrone misluf lil Zulte
Zulte Waregem ħabbru li kisbu lil Luca Marrone b’self għal sena. Marrone hu t-tielet plejer li Zulte kisbu mingħand Juventus fl-aħħar snin. It-tnejn l-oħra kien Triosi u Thiam. Matthew Scerri