Qed ikun irrapurtat li Anthony Martial qed jikkunsidra serjament li jitlaq lil Manchester United fl-2019 meta jintemmlu l-kuntratt. Hu jinsab deluż immens għar-relazzjoni mill-agħar li għandu ma’ José Mourinho. Martial se jitlaq lir-Red Devils jekk Mourinho jibqa’ kowċ tagħhom, filwaqt li lest jikkunsidra offerti minn klabbs oħra anki fl-eventwalità fil-bidu tat-tmexxija tat-tim. Fost it-timijiet interessati f’Martial hemm Juventus. Matthew Scerri
L-aġent jikkonferma li Martial irid jitlaq lil Manchester United
L-aġent ta’ Anthony Martial, Philippe Lamboley stqarr uffiċjalment li l-attakkant Franċiż irid jitlaq lil Manchester United. F’intervista mogħtija lil RMC Sport, Lamboley ma riedx jidħol f’wisq dettalji dwar x’wassal biex Martial jieħu din id-deċiżjoni. Qal biss li Martial mhuwiex kuntent li n-negozjati ma’ Manchester United għall-kuntratt il-ġdid tiegħu ilhom sejrin aktar minn tmien xhur u jidhru li jinsabu weqfin għal kollox. Matthew …
Jitkellem l-aġent ta’ Martial
L-aġent ta’ Martial, Philippe Lamboley (li hu Direttur tal-UFSA Management li għandha l-prokura tal-attakkant ta’ Manchester United) tkellem ma’ IlBiancoNero.com. Hu qal: “Jien qatt ma ltqajt ma’ Juventus. Doyen Sport ma jirrappreżentawx lil Anthony Martial u dak kollu li kien rappurtat mill-gazzetti Taljani huwa falz.” Imbagħad għall-mistoqsijiet dwar jekk Martial huwiex se jibqa’ ma’ Manchester United, Lamboley wieġeb: “Jiddispjaċini imma …
Il-prezz ta’ Martial
Fl-aħħar ġimgħat kien hemm ħafna spekulazzjonijiet dwar interess qawwi min-naħa ta’ Juventus f’Anthony Martial. Saħansitra kien hemm mument fejn il-ġurnalisti raw lil Nedved flimkien mal-aġent tiegħu. Issa mill-Ingilterra qed tasal l-aħbar li Manchester United mhux lesti jbigħuh għal inqas minn 60 miljun Ewro. Matthew Scerri
Nedved jiltaqa’ mal-aġent ta’ Martial
Premium Sport qabdu lil Pavel Nedved jitkellem mal-aġent Nelio Luca, il-kap ta’ Doyen Sports Investments. Minnufih bdew l-ispekulazzjonijiet li Juventus jinsabu interessati li jixtru lil Martial ta’ Manchester United. Il-prezz tiegħu però hu ta’ 70 miljun Ewro. Matthew Scerri
Martial se jitlaq lil Manchester United
Is-sit ‘Le10sport’ hu tal-fehma li fis-sajf Manchester United se jbigħu lil Anthony Martial. Hu fil-fatt ma kkonvinċix mija fil-mija minkejja 12-il gowl. Id-destinazzjoni l-ġdida ta’ Martial tista’ tkun Juventus jew PSG. Matthew Scerri
Juventus jiltaqgħu ma’ Monaco għal xi plejers
Skont ‘Sky’, Juventus għandhom jiltaqgħu ma’ Monaco sabiex jiddiskutu l-possibbiltà ta’ xiri ta’ plejers mit-tim Franċiż. Juventus huma interessati f’Martial, Abdennour, Fabinho u Kondogbia. L-idea wara din il-laqgħa hi li Juventus jifhmu x’possibbiltajiet hemm li jixtru xi wieħed minn dawn il-plejers. Matthew Scerri
Martial jogħġob lil Marotta u Paratici
‘Calciomercato.com’ qed jirrapurtaw li Marotta u Paratici baqgħu milquta pożittivament bil-wirja ta’ Martial kontra Juventus. Huma ilhom snin isegwuh u issa jidhru li jinsabu lesti li jressqu offerta għalih. Fuqu hemm anki PSG li jriduh fit-tim tagħhom għas-sena d-dieħla. Matthew Scerri
Ikla f’Turin għal Falcao u Martial
F’nofsinhar rappreżentanti ta’ Juventus u Monaco kellhom ikla f’restorant fiċ-ċentru ta’ Turin. Din hi ħaġa li ssir normalment kull meta jkun hemm partita taċ-Champions League. Madankollu hemm ħafna li jemmnu li din l-ikla serviet sabiex Juventus jistaqsu informazzjonijiet dwar il-possibbiltà li jiksbu mingħand Monaco lil Falcao u Martial. Matthew Scerri
Mill-ġdid Martial
Juventus jinsabu mill-ġdid interessati f’Anthony Martial. ‘Calciomercato.com’ tirraporta li Juventus huma iktar minn qatt qabel imsaħħra wara dan il-plejer li għadu se jagħlaq l-20 sena. Ilbieraħ kontra Arsenal kellu wirja impekkabbli u allura Juventus qed jitħajra jressqu offerta għalih. Fil-passat Juventus kienu rieduh meta kien għadu jilgħab ma’ O.Lyon. Matthew Scerri