Bdil Masina-De Ceglie

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus u Bologna jista’ jkun li jitkellmu dwar bdil ta’ plejers. Fil-fatt Juventus jinsabu interessati f’Adam Masina u jinsabu lesti li jipproponu lil Bologna bdil bejnu u De Ceglie. Ovvjament Juventus ikollhom iżidu somma flus ma’ De Ceglie għal Masina. Matthew Scerri

Evra għal barra. Min jista’ jiġi minfloku?

MatthewJuve News Leave a Comment

It-tluq ta’ Patrice Evra jħalli vojt li temporanjament jista’ jimla’ Asamoah, biss hu evidenti li Juventus jeħtieġu riserva tajba għal Alex Sandro. Il-ħolma ta’ Marotta hi li jikseb lil Matteo De Sciglio li jilgħab maż-żewġ linji. Darmian (Manchester United) u Masina (Bologna) huma plejers li Juventus japprezzaw ħafna. Fis-sajf, imbagħad, Gael Clichy u Kolasinac se jkunu free-agents peress li l-kuntratti …

Min minflok Evra?

MatthewJuve News Leave a Comment

Hekk kif qed jikbru l-ispekulazzjonijiet dwar ritorn ta’ Patrice Evra ma’ Manchester United, bdew ħerġin l-ismijiet ta’ min jista’ jkun li joħodlu postu. Internament Allegri jista’ juża bħala viċi-Alex Sandro lil Asamoah jew Mattiello. Xi websajt qed isemmu lil Sead Kolasinac ta’ Schalke 04 li għandu kuntratt li jintemm sitt xhur oħra. “Il Corriere dello Sport” qed tirraporta anki li …

Restyling mal-linji

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus x’aktarx se jkollhom bżonn restyling mal-linji hekk kif Caceres u Cuadrado wisq probabbli se jħallu lill-Bianconeri, filwaqt li Evra għadu ma ddeċidiex jekk huwiex se jibqa’ jew le. Hemm diversi ismijiet li qed isiru. Mal-lemin Juventus iridu lil Danilo ta’ Real Madrid u De Sciglio ta’ Milan. Fuq il-linja l-oħra hem interess f’Masina (Bologna) u Lazaar (Palermo). Matthew Scerri