Uffiċjali: Matheus Pereira jingħaqad ma’ Paranà

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Brażiljan Matheus Pereira rritorna uffiċjalment f’pajjiżu u se jkun qed jilbes il-flokk ta’ Paranà. Kienu Juventus li ġabuh fl-Ewropa u wara esperjenza mat-tim Primavera tal-Bianconeri, Pereira lagħab anki ma’ Empoli u Bordeaux. Issa Matheus Pereira se jkun qed jerġa’ jilgħab fil-kampjonat Brażiljan. F’kumment mogħti Pereira sostna li jħoss li l-fatt li lagħab fl-Ewropa għenu jitjieb mil-lat tattiku. Matthew Scerri

Diversi plejers Bianconeri mislufa lil Empoli

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus u Empoli huma klabbs ħbieb, tant li fl-aħħar snin diversi plejers ġew mislufa mill-Bianconeri lil Empoli. Marchisio, Giovinco u Rugani huma l-iktar eżempji magħrufa. Bħalissa Empoli għandhom fit-tim tagħhom lil Tello u Matheus Pereira, it-tnejn li huma ta’ Juventus. Din il-ħbiberija mistennija tkompli anki fis-snin li ġejjin, b’Bentancur x’aktarx jiġi misluf minn Juventus lit-tim Toskan. Matthew Scerri

Nistgħu nieħdu lil Duncan mingħand Sassuolo

MatthewJuve News Leave a Comment

Matheus Pereira, li Juventus xtraw għal 3 miljuni flimkien ma’ 5 oħra bonuses, x’aktarx se jilgħab ma’ xi tim tas-Serie A biex Juventus jagħtuh l-opportunità li jilgħab b’mod regolari. Empoli, Atalanta u Sassuolo jriduh. Min-naħa tagħhom Juventus lesti jisilfuh lil Sassuolo biex minfloku jieħdu lil Alfred Duncan mit=tim ta’ De Francesco. Matthew Scerri

Ritratt: Matheus Pereira f’Turin

MatthewJuve News Leave a Comment

Ir-ritratt li qed nippubblikaw flimkien ma’ dan l-artiklu jurina lil Matheus Pereira ħiereġ minn karozza f’Turin. Dan jikkonferma li hu verament jinsab l-Italja. Il-Bianconeri jriduh biss qed jittamaw li jkun reġistrat minn Empoli sabiex Juventus ikollhom l-opportunità jirreġistraw plejers extrakomunitarji oħra. Matthew Scerri