Matri għandu ħmistax barra

MatthewJuve News Leave a Comment

Alessandro Matri mhux se jkun jista’ jilgħab għal Juventus fl-ewwel ġimagħtejn. Fil-fatt hu għandu injury muskolari fil-pexxun. Mill-medical tests li sarulu lbieraħ irriżulta li hu jeħtieġ madwar ħmistax-il ġurnata sabiex ifiq. Matthew Scerri

Matri se jkun l-attakkant il-ġdid

MatthewJuve News Leave a Comment

L-attakkant il-ġdid ta’ Juventus se jkun Alessandro Matri. Hu se jkun qed jieħu post Sebastian Giovinco li sejjer ma’ Toronto FC. Juventus għażlu lil Matri peress li n-negozjati għal Osvaldo saru komplessi wisq. Barra minn hekk Allegri hu estimatur kbir ta’ Matri wara li kkowċjah ma’ Cagliari u Milan. Matthew Scerri

Matri jew Osvaldo. Dal-lejl id-deċiżjoni

MatthewJuve News Leave a Comment

It-Tnejn 2 ta’ Frar tagħlaq is-sessjoni tax-xitwa tas-suq tat-trasferimenti. Marotta derriena li kull sena rridu nistennew l-aħħar sigħat tal-mercato sabiex Juventus jieħdu lil xi ħadd. Fadal tassew ftit u hemm interess qawwi sabiex naraw min se jieħu post Giovinco. Minn dak li qed jiġi rappurtat jidher li Matri għamel il-medical tests ma’ Juventus, bil-Bianconeri jinsabu kurjużi li jifhmu kemm se …

Medical tests għal Matri llejla?

MatthewJuve News Leave a Comment

Allegatament Alessandro Matri jinsab Turin għall-medical tests. Juventus talbu li jsiru malajr dawn l-eżamijiet mediċi peress li jridu jifhmu kemm se jdum Matri biex jirkupra mill-injury li għandu. Wara li joħorġu dawn ir-riżultati, Juventus se jiddeċiedu lil min jieħdu bejn Osvaldo u Matri. Matthew Scerri

Marotta ma jikxef xejn imma …

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum Marotta tkellem mill-ġdid dwar il-mercato Juventin. Qabel il-partita kontra Udinese hu qal: “Fadal jum ieħor għat-tmiem tal-mercato u qed nistudjaw kull soluzzjoni possibbli f’dawn l-aħħar sigħat. Waħda minn dawn, pereżempju, hi l-kuntratt ta’ Giovinco: jista’ jitlaq ftit xhur qabel. Kollox se jseħħ, però, wara l-partita kontra Udinese. Osvaldo jew Matri? Jekk Giovinco jitlaq, se nieħdu xi ħadd minfloku.” Matthew …

Matri u Osvaldo … nistennew xi kumment minn Marotta

MatthewJuve News Leave a Comment

Hem stennija kbira sabiex naqraw u nisimgħu xi tip ta’ konferma jew ċaħda minn Juventus dwar Matri. Preziosi ddikjara lbieraħ li Matri ġej lura ma’ Juventus. S’issa Marotta għadu ma kkonfermax din l-aħbar. Li hu ċert hu li Juventus kienu qed iżommu lil Matri bħala alternattiva f’każ li ma jirnexxilhomx jieħdu lil Osvaldo. Issa rridu naraw jekk Preziosi għaġġilx fi …

Preziosi: “Matri sejjer ma’ Juventus”

MatthewJuve News Leave a Comment

Fi tmiem Genoa-Fiorentina, il-President ta’ Genoa, Enrico Preziosi ħabbar li t-tim tiegħu ħa lura lil Borriello. FL-istess ħin hu qal ukoll li Alessandro Matri sejjer ma’ Juventus. S’issa m’għandniex iktar dettalji dwar dan it-trasferiment. Allegri hu estimatur kbir ta’ Matri peress li kien ikkowċjakh ma’ Cagliari u wara riedu anki ma’ Milan. Matthew Scerri

Inter iridu nofs miljun għal Osvaldo

MatthewJuve News Leave a Comment

Tard ilbieraħ filgħaxija Juventus kellhom laqgħa ma’ Inter dwar Osvaldo. Juventus talbu li jingħataw lill-attakkant Italo-Arġentin. Ir-risposta ta’ Inter kienet li huma lesti jħallu lil Osvaldo jiġi Turin u talbu ħlas ta’ nofs miljun Ewro. Huma qed jippretendu din is-somma sabiex ixolju l-kuntratt tagħhom tas-self b’xejn li bih ħadu lill-attakkant fis-sajf mingħand Southampton. Juventus ma jridux jafu li jħallsu xi …

Juve u Genoa jitkellmu dwar Matri

MatthewJuve News Leave a Comment

L-aħbar hi waħda kemxejn sorprendenti. Ilbieraħ Enrico Preziosi tkellem ma’ Juventus dwar Matri. Għadu mhux magħruf jekk kinux Juventus li talbuh jew inkella Genoa li offrewh lil Juventus. Illum Preziosi għandu jkellem anki lil Lazio u Cagliari għal Matri. Wieħed irid jistenna sabiex jara jekk verament Matri huwiex se jirritorna ma’ Juventus. Matthew Scerri