PSG kostretti jbigħu

MatthewJuve News Leave a Comment

Minn Franza tasal l-aħbar li wisq probabbli fis-sajf PSG se jkollhom ibigħu xi plejers minħabba l-kwisjtoni tal-Fair Play Finanzjarju. Nafu li Juventus huma interessati f’Verratti, Matuidi u Rabiot. Min jaf, forsi din hi d-darba t-tajba li narawhom ma’ Juventus?! Matthew Scerri  

Gambetta ta’ Raiola lil PSG?

MatthewJuve News Leave a Comment

Minkejja l-istqarrijiet ta’ Matuidi jumejn ilu, il-media Franċiża xorta waħda għadha temmen li Matuidi jista’ jingħaqadd ma’ Juventus. Fil-fatt ‘Le10Sport’ qed isostni li l-aġent Raiola jinsab miftiehem ma’ Juventus biex ifixkel il-pjanijiet ta’ PSG għall-kuntratt il-ġdid ta’ Matuidi. Dan sabiex Matuidi jkun jista’ jingħaqad mal-Bianconeri. Matthew Scerri  

Matuidi: “Kont qrib li mmur ma’ Juventus”

MatthewJuve News Leave a Comment

Blaise Matuidi stqarr pubblikament li l-istorja tiegħu personali ma’ PSG ma ntemmitx. F’intervista lil “Equipe”, Matuidi sostna li rċieva proposta minn PSG għal kuntratt ġdid u hu qed jikkunsidra li jaċċettaha għax qed iħossu importanti mat-tim Franċiż. Fl-istess intervista kkonferma li kien qed jaħseb li jingħaqad ma’ Juventus dan is-sajf wara li kellu xi dubji dwar kemm kien se jibqa’ …

Marotta: “Thiago Silva? Niftakar f’Pirlo …”

MatthewJuve News Leave a Comment

Beppe Marotta tkellem ma’ Rai Sport dwar il-mercato Juventin. Interessanti ferm kien il-kumment tiegħu li Thiago Motta jfakkru fl-opportunità li nħolqot sabiex Pirlo jingħaqad ma’ Juventus ftit tas-snin ilu. Imbagħad spejga kif PSG assolutament ma jridux jafu li jbigħu lil Matuidi, filwaqt li Zenit qed jippruvaw ibigħu lil Witsel f’Jannar, bil-Bianconeri lesti jantiċipaw akkwist li jixtiequ fil-verità jħalluh għas-sajf. Finalment …

Matuidi mifrud f’daru ma’ PSG. Juventus jippruvaw għalih f’Jannar?

MatthewJuve News Leave a Comment

F’Jannar Marotta jista’ jagħti rigal lil Allegri billi jixtri lil Blaise Matuidi. L-epilogu negattiv tan-negozjati għal Witsel ħallew lil nofs il-grawnd tat-tim ta’Allegri mingħajr sostitut għal Pogba. Matuidi, fi kliem Raiola stess, jinsab deluż ma’ PSG u jista’ jagħti l-każ li l-aġent se jagħmel pressjoni qawwija sabiex f’Jannar il-midfielder Franċiż jitħalla jitlaq ma’ Juventus. Ovvjament biex dan iseħħ, Matuidi ma …