Il Paris Saint Germain ma jridux ineħħu lil Matuidi

Pierre Bonavia News Leave a Comment

  Il-kowċ il-ġdid ta’ Paris St.Germain , l-Ispanjol Unai Emery illum tkellem ċar fuq il-plejer ta’nofs- il grawnd tiegħu Blaise Matudi : “Inrid l-aħjar plejers miegħi. Nridhom ma’PSG u Matuidi huwa wieħed minnhom” Il-club li ilu jiddomina l-kampjunat Franċiż għal-dawn l-aħħar ħames snin poġġa prezz ta’50 miljun fuq Matuidi ,nazzjonal Franċiż.

Min se jieħu post Paul Pogba fil-qofol ta’nofs il-grawnd ?

Pierre Bonavia News Leave a Comment

Luca Marchetti wieħed mill- ‘esperti’ ta’ SkySportItalia tkellem rigward il-plejers li qedgħin jissemmew biex jieħdu post Paul Pogba li ssieħħeb lil Manchester United. Nemanja Matic ta’ Chelsea jidher li huwa l-aktar plejer favorit mill-kowċ ta’Juventus Massimiliano Allegri, imma qed issib opiżizzjoni qawwija mill-kowċ tat-tim ingliż Antonio Conte li ma jrid jitlef plejer importanti ghalih. Blaise Matuidi, ġie ddikjarat bħala plejer …

Kollox idur fuq min se jieħu post Pogba

MatthewJuve News Leave a Comment

Issa l-attenzjoni se ddur fuq min se jieħu post Pogba ma’ Juventus. L-ismijiet nafuhom: Matuidi, Matic, Witsel u Luiz Gustavo. X’aktarx Juventus se jinvestu anki f’xi midfielder ta’ talent, tipo Diawara. L-ispekulazzjonijiet huma ħafna. Nafu li l-President ta’ PSG eskluda li Matuidi jista’ jitlaq lil PSG, imma l-fatt li l-aġent tiegħu hu Raiola ma jeskludi xejn fil-verità. Matic ma jinsabx …

Ftehim għal Matuidi

MatthewJuve News Leave a Comment

Qed ikun rappurtat li Juventus għandhom ftehim ma’ PSG sabiex jakkwistaw lil Blaise Matuidi għas-somma ta’ 25 miljun u bonuses. Matuidi se jkun l-eredi ta’ Pogba mal-Bianconeri. Fis-sigħat li ġejjin mistennija jitħabbru t-trasferimenti ta’ Pogba ma’ Manchester United u dak ta’ Matuidi ma’ Juventus. Matthew Scerri

Raiola jġibilna lil Matuidi?

MatthewJuve News Leave a Comment

Fost il-plejers li Juventus qed jikkunisdraw minflok Pogba, hemm anki Blaise Matuidi. PSG jridu 40 miljun tiegħu. L-aġent tiegħu hu Mino Raiola u jista’ jagħti l-każ li fl-aħħar jiem Marotta tkellem ma’ Raiola dwar Matuidi. Matthew Scerri

Min flok Pogba?

MatthewJuve News Leave a Comment

Diversi plejers qed jissemmew li jistgħu jieħdu post Pogba ma’ Juventus. Il-kandidat numru wieħed hu Axel Witsel li qed jippreferi lil Juventus minkejja offerta aqwa għalih minn Everton. Midfielder ieħor li jogħġob ħafna lil Allegri hu Matic, biss Conte jidher li mhux se jbigħu. Plejers oħra segwiti minn Juventus huma: Moussa Sissoko, Brozovic, Matuidi u Biglia. Matthew Scerri

Kuntatt ma’ Raiola dwar Pogba

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-ġurnalist Gianluca Di Marzio kiteb illum li Juventus daqt se jagħmlu kuntatt ma’ Raiola biex jiddiskutu l-futur ta’ Pogba. Fl-eventwalità li Pogba jħalli lil Juventus, hemm diversi plejers li Juventus qed jikkunsidraw. L-ismijiet li l-iktar qed isiru huma dawk ta’ Witsel, Matic u Blaise Matuidi. Ovvjament l-istrateġija ta’ Juventus tkun imfassla biss la darba jkunu ċerti li Pogba se jitlaq. …